Risposta lill-Oriżżont 11 ta' Lulju 2017

RISPOSTA MIll-AĠENT DIRETTUR ĠENERALI TAL-NSO fuq l-artiklu ppuBBlikat il-bieraĦ 11 ta' LULJU 2017, fuq il-Ġurnal l-orizzont bit-titlu “Żieda fid-defiĊit kummerĊjali ta’ mejju li gĦadda”

B’referenza għall-artiklu ppubblikat il-bieraħ fuq il-ġurnal L-Oriżżont fil-11 ta’ Lulju 2017 bit-titlu “Żieda fid-defiċit kummerċjali ta’ Mejju li għadda”,  l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) jixtieq jikkjarifika li hemm żball f’sentenza fit-tieni paragrafu “Id-distakk kompla jiżdied minħabba żieda fl-importazzjoni ta’ €82.8 miljun fi fjuwil, lubrikant u materjal relatat”.

F’dan ir-rigward xtaqt nissottolinea li t-€82.8 miljun kienu tnaqqis fl-esportazzjoni ta’ fjuwil, lubrikant u materjal relatat u mhux tnaqqis fl-importazzjoni kif rapportat fl-artiklu.


Etienne Caruana
Aġent Direttur Ġenerali, NSO