L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K3/2024

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Metodoloġija Viżwalizzazzjonijiet PDF Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti r-riżultati tal-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS). Dan l-istħarriġ, li jsir taʼ kull tliet xhur mal-intrapriżi, jagħti għarfien dwar id-domanda għax-xogħol billi jistma l-għadd ta’ postijiet vakanti u postijiet mimlijin. Fit-tielet kwart tal-2024, kien hemm b’kollox 8,579 post vakant fʼintrapriżi li jħaddmu persuna waħda […]

Il-Gradwati: 2023

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Metodoloġija PDF Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tinkludi gradwati minn korsijiet ta’ edukazzjoni formali b’tul minimu ta’ semestru ta’ studju full-time (jew l-ekwivalenti f’part-time) u li jitwasslu minn Malta. Il-gradwati huma inklużi irrispettivament minn jekk humiex residenti f’Malta jew barra minn Malta. Il-popolazzjoni ta’ istituzzjonijiet edukattivi kkunsidrati tinkludi istituzzjonijiet li jwasslu programmi ta’ […]

L-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol (LFS): K3/2024

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Metodoloġija PDF L-istatus tax-xogħol  Stimi tal-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol juru li, fit-tielet kwart tal-2024, in-numru taʼ impjiegi kien ilaħħaq it-323,207 jew 65.5 fil-mija tal-popolazzjoni fl-età taʼ ħmistax-il sena u aktar (15+). L-ammont taʼ persuni qiegħda kien jammonta għal 10,221 (2.1 fil-mija), filwaqt li n-numru taʼ persuni mhux attivi fis-suq tax-xogħol kien […]

It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Novembru 2024

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Metodoloġija PDF Din l-Istqarrija tal-Aħbarijiet tippreżenta tagħrif proviżorju dwar tranżazzjonijiet taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali skont id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtorità tat-taxxa. Kuntratti taʼ Bejgħ FʼNovembru 2024, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 997, li juri tnaqqis taʼ 1.9 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati fʼNovembru 2023 (Tabella […]

L-Indiċi tal-Produzzjoni Industrijali (IIP): Ottubru 2024

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Metodoloġija PDF L-Indiċi tal-Produzzjoni Industrijali (IIP) huwa indikatur taċ-ċiklu tan-negozju. Kull xahar, huwa jieħu qies bikri tat-tibdil fil-volum tal-produzzjoni industrijali tan-negozji domestiċi fil-manifattura, l-enerġija, u l-barrieri fʼMalta. Il-Produzzjoni Industrijali Sħiħa – Tqabbil mas-sena taʼ qabel FʼOttubru 2024, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali żdied bʼ6.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tal-2023. Meta kienet eskluża […]

It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu: 2019

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Metodoliġija PDF It-Tabelli tal-Provvista u l-Użu (SUT) jagħtu stampa dettaljata tal-provvista ta’ oġġetti u servizzi mill-produzzjoni domestika u l-importazzjoni kif ukoll mill-użu ta’ oġġetti u servizzi għall-konsum intermedju u l-użu finali (konsum, formazzjoni taʼ kapital gross, esportazzjoni). Dawn huma miġbura għal 216-il prodott u 95 industrija. Għall-għanjiet tal-pubblikazzjoni, intgħażel livell għoli […]

Il-Vjolenza Domestika: 2023

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Mapep Metodoloġija Viżwalizzazzjonijiet PDF Fl-2023, ftit aktar minn tliet kwarti tal-persuni li kienu qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi taʼ għajnuna rigward il-vjolenza domestika kienu nisa (75.4 per cent), filwaqt li 24.6 fil-mija kienu rġiel. Il-biċċa l-kbira tagħhom (59.3 fil-mija) użaw xi servizz minnhom, kien xʼkien, darba biss, 23.6 fil-mija użaw servizz wieħed […]

L-Iskart Muniċipali: 2023

Punti ewlenin Aħbarijiet Tabelli Metodoloġija Viżwalizzazzjonijiet PDF Il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali Fl-2023, il-ġenerazzjoni tal-iskart muniċipali ammontat għal 334,911-il tunnellata biex bʼhekk żdiedet bʼ6,501 tunnellata, jew 2.0 fil-mija, fuq l-2022. Ħarsa lejn it-tipi ta’ skart iġġenerati f’termini assoluti turi li ż-żidiet kienu l-aktar evidenti fil-bijoskart mill-kċejjen u l-kantins (7,881 tunnellata), fil-ħġieġ (5,526 tunnellata), u fil-karta u l-kartun (4,947 […]
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content