Il-Kompetizzjoni Ewropea tal-Istatistika
Issa r-rebbieħa taʼ Data Smackdown jieħdu sehem maʼ 19-il Stat Membru ieħor fil-Kompetizzjoni Ewropea tal-Istatistika.
It-timijiet parteċipanti ħejjew vidjow li fih għażlu, ippreżentaw u għamlu riferenza għall-istatistika uffiċjali biex iwettqu l-messaġġ tagħhom dwar is-suġġett mogħti.
Is-suġġett taʼ din is-sena huwa: Kollox kien aħjar qabel! Verità jew mhux?
Ħafna nies jitkellmu fuq l-imgħoddi meta skonthom kollox kien aħjar milli huwa llum. Hawn din in-nostalġija tal-imgħoddi li spiss issibha flimkien maʼ fehmiet negattivi u taʼ biżaʼ dwar il-preżent u l-ġejjieni. It-timijiet kellhom jistħarrġu jekk dawn l-istqarrijiet humiex minnhom jew le? Tabilħaqq kienu aħjar l-affarijiet fl-imgħoddi? Bl-użu ta’ statistika uffiċjali, it-timijiet kellhom jikkonfermaw jew jirrifjutaw dan il-ħsieb.
Il-vidjows imħejjijin mir-rebbieħa tagħna taʼ Data Smackdown jidhru hawn taħt.
Kategorija 𝗔
NUGGETS: Kulleġġ San Alwiġi
Kategorija B
GAMMA: Kulleġġ Santu Wistin