News Releases

Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali taħt it-Trattat taʼ Maastricht: It-Tieni Rappurtar għall-2024  

NR 196/2024
Data tal-Ħruġ: 22 taʼ Ottubru 2024

Maastricht,Treaty,Symbol,Icon,Illustration
  • Fl-2023, is-settur tal-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit taʼ €938.9 miljun, li huwa daqs 4.5 fil-mija tal-PDG.
  • Fl-2023, id-dejn żdied bʼ€780.5 miljun fuq is-sena taʼ qabel, u kien ilaħħaq d-€9,791.4 miljun jew 47.4 fil-mija tal-PDG.
  • Aġġustamenti huma magħmulin għat-tranżizzjoni minn defiċit taʼ €808.0 miljuni tal-Fond Konsolidat għal defiċit taʼ €938.9 miljun għas-settur tal-Gvern Ġenerali bbażat fuq is-sistema tal-accruals.

Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali taħt it-Trattat taʼ Maastricht: It-Tieni Rappurtar għall-2024

Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali taħt it-Trattat taʼ Maastricht: It-Tieni Rappurtar għall-2024

NR 196/2024
Data tal-Ħruġ: 22 taʼ Ottubru 2024

Fl-2023, il-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit taʼ €938.9 miljun, li huwa daqs 4.5 fil-mija tal-PDG. Id-dejn tal-Gvern Ġenerali kien jammonta għal €9,791.4 miljun jew 47.4 fil-mija tal-PDG.
Maastricht,Treaty,Symbol,Icon,Illustration

Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali

Id-defiċit tal-Gvern Ġenerali għall-2023 kien taʼ €938.9 miljun, li huwa titjib taʼ €15.5-il miljun fuq id-defiċit li kien irreġistrat fis-sena taʼ qabel. Id-defiċit huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn id-dħul sħiħ (€6,561.3 miljun) u n-nefqa sħiħa (€7,500.2 miljun) tal-Gvern Ġenerali. Meta jkunu mqabbla l-2023 u l-2022, id-dħul sħiħ żdied bʼ€626.1 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bʼ€610.5 miljuni.

Tabella nru 1. L-aggregati ewlenin

2020 2021 2022 2023
General Government revenue € millions 4,790,1245,420,6575,935,2206,561,295
% of GDP33.432.532.531.8
General Government expenditure € millions6,042,7836,580,9986,889,6757,500,213
% of GDP42.139.537.836.3
General Government surplus (+) / deficit (-) € millions-1,252,659-1,160,342-954,455-938,918
% of GDP-8.7-7.0-5.2-4.5
General Government debt € millions6,982,7418,272,9629,010,8999,791,394
% of GDP48.749.649.447.4

Meta magħdud bħala persentaġġ tal-PDG, il-bilanċ tal-Gvern Ġenerali kien jiswa daqs defiċit taʼ 4.5 fil-mija, li huwa titjib taʼ 0.7 punti perċentwali meta mqabbel mad-defiċit taʼ 5.2 fil-mija li kien irreġistrat fl-2022.

Ċart nru 1. Il-bilanċ tal-Gvern Ġenerali bħala persentaġġ tal-PDG

No Data Found

Drag to view in full

Id-dejn tal-Gvern Ġenerali żdied bʼ€780.5 miljun fuq l-2022 sabiex ammonta għal €9,791.4 miljun. Fl-2023, il-proporzjon tad-dejn mal-PDG niżel għal 47.4 fil-mija mid-49.4 fil-mija li kien fl-2022 (Tabella nru 1).

Ċart nru 2. Id-dejn tal-Gvern Ġenerali bħala persentaġġ tal-PDG

No Data Found

Drag to view in full

Iċ-Ċifri tal-2023

Sabiex sar magħruf il-bilanċ negattiv taʼ €938.9 miljun tas-settur tal-Gvern Ġenerali għall-2023, saru aġġustamenti fil-bilanċ tal-Fond Konsolidat tal-Gvern (L-Istqarrija tal-aħbarijiet tal-NSO 059/2024), li rreġistra defiċit taʼ €808.0 miljuni. L-aġġustamenti huma meħtieġa għat-tranżizzjoni mill-Fond Konsolidat tal-Gvern għall-eżerċizzju li huwa bbażat fuq id-dovuti (accruals) u li huwa kkompilat skont il-metodoloġija stabbilita. L-aġġustamenti jqisu wkoll kemm l-Entitajiet Barra mill-Estimi1 (EBUs), li huma kklassifikati ġos-settur tal-Gvern Ġenerali, kif ukoll is-settur tal-Gvern Lokali. Tabella nru 3 tipprovdi t-tranżizzjoni mill-Fond Konsolidat għas-settur tal-Gvern Ġenerali.

L-akbar aġġustament negattiv kien jikkonċerna l-Kontijiet Oħra Rċevuti u Mħallsa li ammontaw għal €402.0 miljuni, u li fost ħwejjeġ oħra jinkludu ċ-ċifri tal-accruals tad-Dipartiment tat-Teżor, l-aġġustamenti tan-newtralizzazzjoni tal-Fondi tal-UE u l-posponimenti tat-taxxi minħabba l-Covid-19. Aġġustamenti oħra negattivi kienu l-Clearance Funds tat-Teżor (TCF) fi tranżazzjonijiet mhux finanzjarji (€11.8-il miljun), it-tranżazzjonijiet li ġew indirizzati mill-ġdid fis-settur tal-Gvern Ġenerali u l-ftehimiet għas-sħubiji bejn il-Gvern u l-privat (PPP) (€8.9 miljuni) u r-reġistrazzjoni taʼ Krediti tat-taxxa pagabbli (€6.1 miljuni).

L-aġġustamenti pożittivi ewlenin kienu t-tranżazzjonijiet fi flus kontanti aġġustati biż-żmien (€160.7 miljun) u ż-żieda fis-surplus irreġistrata mill-EBUs, li kienet taʼ €119.7-il miljun, li fissret żieda taʼ €32.5 miljun fuq l-2022. Żidiet oħra kienu d-differenza bejn l-imgħax imħallas u dovut (€10.6 miljuni), l-imgħax irċevut mis-sinking fund (€5.8 miljuni) u s-surplus aggregat taʼ €0.6 miljuni tal-Gvern Lokali.

Rappurtar u aġġornamenti

Fit-30 taʼ Settembru 2024, Malta ssottimettiet il-livelli tad-defiċit u d-dejn tal-Gvern għas-snin 2020-2023, bħala parti mill-Proċedura tan-Notifikazzjoni tad-Defiċit Żejjed (EDP). Dan sar skont ir-Regolament tal-Kunsill (RK) Nru 479/2009, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2014.

Meta mqabbel mas-sottomissjoni taʼ qabel, li kienet saret fit-28 taʼ Marzu 2024, id-defiċit tal-Gvern Ġenerali kien rivedut ʼl isfel għas-snin kollha taħt il-lenti, bir-reviżjonijiet ewlenin ikunu fl-2023 (-€11.5m), l-2022 (-€10.3m) u l-2021 (-€5.6m). Ir-reviżjoni ewliena kienet ġejja minn data aġġornata taʼ Krediti tat-taxxa pagabbli fl-2022 (-€8.7m) u l-2023 (-€14.4m).

Barra minn hekk, id-disponibbiltà tal-kontijiet awditjati tal-EBUs u l-Gvern Lokali wasslet għal reviżjoni ʼl isfel fil-bilanċ fiskali, li ammonta għal €0.8 miljuni fl-2020, €5.8 miljuni fl-2021, €1.8 miljun fl-2022, u €0.1 miljun fl-2023.

Ir-reviżjonijiet fid-Dejn tal-Gvern Ġenerali kienu minħabba l-inklużjoni tal-imgħax pospost tal-Faċilità għall-Istabbilità Finanzjarja Ewropea (EFSF), bħalma ġara bid-disponibbiltà tal-kontijiet awditjati tal-EBUs u l-Gvern Lokali. Bʼriżultat taʼ dan, iċ-ċifri tad-Dejn ġew riveduti ʼl fuq bi €8.7 miljuni għall-2020 u €9.7 miljuni għall-2021, bʼreviżjonijiet aktar sinifikanti taʼ €11.2-il miljun u €23.6 miljun għall-2022 u l-2023, rispettivament.

Aġġustamenti fl-istock-flow (SFA)

L-SFA, li huwa wkoll magħruf bħala l-aġġustament tad-defiċit u d-dejn, jaqbad dawk it-tranżazzjonijiet jew fatturi li jaffettwaw id-dejn tal-Gvern imma li ma jkunux jidhru fil-bilanċ fiskali tal-Gvern. SFA taʼ -0.8 fil-mija tal-PDG kien irreġistrat fl-2023. Dan jindika li d-defiċit taʼ 4.5 fil-mija tal-PDG żdied bʼaktar mill-bidla tad-dejn tal-Gvern taʼ 3.8 fil-mija tal-PDG. L-SFA negattiv kien ġej l-aktar mit-tnaqqis fil-Kontijiet Oħra Rċevuti u Mħallsa (2.6 fil-mija tal-PDG) u fis-Self (0.3 fil-mija tal-PDG). Mill-banda l-oħra, kien hemm żidiet fiż-żamma tal-Munita u d-Depożiti (1.7 fil-mija tal-PDG), fl-Ishma fʼfondi taʼ investiment (0.2 fil-mija tal-PDG) u fiż-żamma taʼ Titoli tad-Dejn (0.2 fil-mija tal-PDG) (Tabella nru 4).

Aktar Tagħrif

Fʼdin l-istqarrija, id-data hija ppreżentata fuq il-bażi tad-dovuti, bʼkuntrast mal-istqarrijiet taʼ kull xahar dwar iċ-ċifri tal-finanzi tal-Gvern, li jirriflettu l-Fond Konsolidat tal-Gvern u huma ppreżentati fuq il-bażi tal-ħlas. Dan l-eżerċizzju huwa kkompilat skont il-Manwal dwar id-Defiċit u d-Dejn tal-Gvern u Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali (ESA) 2010 (l-edizzjoni tal-2023). Hija tkopri s-settur tal-Gvern Ġenerali, li jinkludi fih ʼl Gvern Lokali, l-Entitajiet Barra mill-Estimi, u l-Gvern Ċentrali li għandu xʼjaqsam mal-estimi. Huma inklużi wkoll kontijiet oħra tal-Gvern, bħall-Clearance Fund tat-Teżor u s-Sinking Fund, flimkien mal-Fond Konsolidat. Tranżazzjonijiet finanzjarji huma esklużi, u aġġustamenti oħra fuq il-bażi tad-dovuti huma inklużi.

It-Tabelli tan-notifika uffiċjali tal-EDP li kienu mgħoddija lill-Kummissjoni Ewropea jinstabu fit-tabelli tal-Excel.

Id-data tal-Fond Konsolidat tal-Gvern jinstabu hawn: online.

Aktar tagħrif kemm dwar il-kategoriji tad-dħul u n-nefqa u kemm dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji u d-dejn, kien maħruġ illum fl-Istqarrija dwar ‘Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tas-Settur tal-Gvern Ġenerali: K2/2024’. Din tinstab hawn:

L-Istqarrija tal-Aħbarijiet  dwar Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: K2/2024.

L-Inventarju Konsolidat tas-Sorsi u l-Metodi tal-EDP fl-ESA 2010 jinsab fis-sit elettroniku tal-NSO. Id-dokument jistaʼ jintlaħaq minn hawn:

EDP Consolidated Inventory of Sources and Methods in ESA 2010.

1 Lista li tinsab fi tmiem din l-istqarrija turi l-EBUs li għamlu parti mis-settur tal-Gvern Ġeneral fil-31 taʼ Diċembru 2023.

Methodological Notes

1. Within the context of the EDP compilation, Government is taken to mean the General Government (S.13 sector according to the ESA 2010 definitions). This includes the Budgetary Central Government made up of Government ministries and departments, the Extra Budgetary Units (EBUs) which are classified as forming part of this sector, as well as all the Local Councils.
 
2. This release presents Government deficit and debt worked out in line with the procedure defined in the Maastricht Treaty (Article 104). The basic conceptual reference framework for this exercise is the ESA 2010 Manual on Government Deficit and Debt (2022 edition); which is in turn based on the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010). This compliance with the reference framework allows for the international comparability of the data.
 
3. Article 104 of the Maastricht Treaty requires Member States to avoid excessive government deficits. In this respect the Commission monitors the development of the budgetary situation and of the stock of government debt. A protocol of the Maastricht Treaty specifies the reference percentages for general government deficit (which should not exceed 3 per cent of GDP), and for the gross nominal consolidated debt (which should not exceed 60 per cent of GDP).
 
4. The Stock Flow Adjustment (SFA) is the difference between the change in the stock of Government debt and the flow of annual Government deficit/surplus. Deficits normally contribute to an increase in debt levels, while surpluses reduce them. However, the change in government debt also reflects other elements which do not appear in the surplus/deficit figures.
 
5. The data contained in this release may be revised. Figures may not add up due to rounding.
 
6. More information relating to this news release may be accessed at:
 
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
8. A detailed news release calendar is available online.
 
9.  For further assistance send your request through our online request form.
 
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content