Home » Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali taħt it-Trattat taʼ Maastricht: L-Ewwel Rappurtar għall-2024
Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali
Id-defiċit tal-Gvern Ġenerali għall-2023 kien taʼ €950.4 miljun, li huwa titjib taʼ €14.4 miljun fuq id-defiċit li kien irreġistrat fis-sena taʼ qabel. Il-bilanċ jitkejjel billi tinħareġ id-differenza bejn id-dħul sħiħ (€6,483.0 miljun) u n-nefqa sħiħa (€7,433.5 miljun) tal-Gvern Ġenerali. Meta jitqabblu l-2023 u l-2022, id-dħul sħiħ żdied bʼ€581.0 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bʼ€566.7 miljun.
2020 | 2021 | 2022 | 2023 | ||
General Government revenue | € millions | 4,763,348 | 5,386,070 | 5,902,015 | 6,483,039 |
% of GDP | 35.7 | 35.1 | 33.9 | 33.4 | |
General Government expenditure | € millions | 6,016,537 | 6,552,055 | 6,866,794 | 7,433,462 |
% of GDP | 45.1 | 42.8 | 39.4 | 38.4 | |
General Government surplus (+) / deficit (-) | € millions | -1,253,189 | -1,165,985 | -964,780 | -950,423 |
% of GDP | -9.4 | -7.6 | -5.5 | -4.9 | |
General Government debt | € millions | 6,974,022 | 8,263,294 | 8,999,683 | 9,767,805 |
% of GDP | 52.2 | 53.9 | 51.6 | 50.4 |
Bħala persentaġġ tal-PDG, il-bilanċ tal-Gvern Ġenerali kien jiswa daqs defiċit taʼ 4.9 fil-mija, li huwa titjib taʼ 0.6 punti perċentwali meta mqabbel mad-defiċit taʼ 5.5 fil-mija li kien irreġistrat fl-2022.
No Data Found
Id-dejn tal-Gvern Ġenerali żdied bʼ€768.1 miljun fuq l-2022 sabiex laħaq €9,767.8 miljun. Fl-2023, il-proporzjon tad-dejn imqabbel mal-PDG niżel għal 50.4 fil-mija minn 51.6 fil-mija fl-2022 (Tabella nru 1).
No Data Found
Iċ-Ċifri tal-2023
Sabiex sar magħruf il-bilanċ negattiv taʼ €950.4 miljun tas-settur tal-Gvern Ġenerali għall-2023, saru għadd taʼ aġġustamenti fil-bilanċ tal-Fond Konsolidat tal-Gvern, li rreġistra defiċit taʼ €808.0 miljun, skont kif kien irrappurtat fl-istqarrija tal-aħbarijiet tal-NSO 059/2024. L-aġġustamenti huma meħtieġa għat-tranżizzjoni mill-Fond Konsolidat tal-Gvern għall-eżerċizzju li huwa bbażat fuq id-dovuti (accruals) u li huwa kkompilat skont il-metodoloġija Ewropea stabbilita. L-aġġustamenti jqisu wkoll kemm l-Entitajiet meqjusa parti mill-Gvern (EBUs) 1, li huma kklassifikati ġos-settur tal-Gvern Ġenerali, kif ukoll is-settur tal-Gvern Lokali. Tabella nru 3 tipprovdi t-tranżizzjoni mill-Fond Konsolidat għas-settur tal-Gvern Ġenerali.
L-akbar aġġustament negattiv kien jikkonċerna l-Kontijiet oħra riċevibbli u pagabbli li ammontaw għal €399.0 miljun, u li fost ħwejjeġ oħra jinkludu ċ-ċifri tal-accruals tad-Dipartiment tat-Teżor, l-aġġustamenti tan-newtralizzazzjoni tal-Fondi tal-UE u l-posponimenti tat-taxxi minħabba l-Covid-19. Aġġustamenti oħra negattivi kienu r-reġistrazzjoni tal-krediti tat-taxxa pagabbli (€20.5 miljun), il-Clearance Funds tat-Teżor (TCF) fi tranżazzjonijiet mhux finanzjarji (€11.8-il miljun), kif ukoll it-tranżazzjonijiet li ġew indirizzati mill-ġdid fis-settur tal-Gvern Ġenerali u l-ftehim għas-sħubiji bejn il-Gvern u l-privat (PPP) (€8.9 miljuni).
Min-naħa l-oħra, l-aġġustamenti pożittivi ewlenin kienu t-tranżazzjonijiet fi flus kontanti aġġustati biż-żmien (€160.7 miljun) u ż-żieda fis-surplus irreġistrata mill-EBUs, li kienet taʼ €118.6-il miljun u li fissret żieda taʼ €34.2 miljun fuq l-2022. Żidiet oħra kienu d-differenza bejn l-imgħax imħallas u dak akkumulat (€10.6 miljuni), l-imgħax irċevut mis-sinking fund (€5.8 miljuni) u s-surplus aggregat taʼ €1.2 miljuni tal-Gvern Lokali.
Rappurtar u aġġornamenti
Fid-28 taʼ Marzu 2024, Malta ssottomettiet il-livelli tad-defiċit u d-dejn tal-Gvern għas-snin 2020-2023, bħala parti mill-Proċedura tan-Notifikazzjoni tad-Defiċit Żejjed (EDP). Dan sar skont ir-Regolament tal-Kunsill (RK) Nru 479/2009, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2014.
Meta mqabbel mas-sottomissjoni taʼ qabel, li kienet saret fid-29 taʼ Settembru 2023, il-bilanċ tal-Gvern Ġenerali kien rivedut għas-snin kollha taħt il-lenti wara tibdil fil-kategorija tal-Kontijiet oħra riċevibbli u pagabbli. Dawn ir-reviżjonijiet kellhom impatt pożittiv fuq il-bilanċ fiskali fl-2020 (€31.3 miljun) u fl-2022 (€8.9 miljuni), u impatt negattiv fl-2021 (€18.8-il miljun). Kien hemm titjib ta’ €19.1-il miljun fid-defiċit tal-Fond Konsolidat għall-2022 relatat ma’ eżerċizzju ta’ rikonċiljazzjoni li sar mid-Dipartiment tat-Teżor. Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta’ rapporti finanzjarji awditjati għall-EBUs u għall-kunsilli lokali wasslet għal reviżjoni ‘l fuq fil-bilanċ fiskali ta’ €0.1 miljun fl-2020 u reviżjoni ‘l isfel taʼ €6.4 miljuni fl-2021 u taʼ €12.5-il miljun fl-2022.
Ir-reviżjoni fid-dejn tal-Gvern Ġenerali ġiet mit-tlestija tal-kontijiet awditjati tal-EBUs u l-Gvern Lokali. Iċ-ċifri kienu riveduti ʼl isfel b’€0.6 miljun kemm għall-2021 kif ukoll għall-2022, u b’€0.8 miljun għall-2022.
Aġġustamenti fl-istock-flow (SFA)
L-SFA, li huwa wkoll magħruf bħala l-aġġustament tad-defiċit u d-dejn, jaqbad dawk it-tranżazzjonijiet jew fatturi li jaffettwaw id-dejn tal-Gvern imma li ma jkunux jidhru fil-bilanċ fiskali tiegħu. Fl-2022, kien irreġistrat SFA taʼ -0.9 fil-mija tal-PDG. Dan juri li d-defiċit taʼ 4.9 fil-mija tal-PDG żdied aktar mit-tibdil fid-dejn tal-Gvern li kien taʼ 4.0 fil-mija tal-PDG. L-SFA kien ġej l-aktar mit-tnaqqis fil-Kontijiet oħra riċevibbli u pagabbli (2.9 fil-mija tal-PDG), is-Self (0.2 fil-mija tal-PDG) u Aġġustamenti Oħra (0.2 fil-mija tal-PDG). Min-naħa l-oħra, kien hemm żidiet fiż-żamma tal-Munita u d-Depożiti (1.8 fil-mija tal-PDG), l-Ishma fʼfondi taʼ investiment (0.3 fil-mija tal-PDG) u t-Titoli tad-dejn (0.3 fil-mija tal-PDG) (Tabella nru 4).
Aktar Tagħrif
Fʼdin l-istqarrija, id-data hija ppreżentata fuq il-bażi tad-dovuti, bʼkuntrast mal-istqarrijiet taʼ kull xahar dwar iċ-ċifri tal-finanzi tal-Gvern, li jirriflettu l-Fond Konsolidat tal-Gvern u huma ppreżentati fuq il-bażi tal-ħlas. Dan l-eżerċizzju huwa kkompilat skont il-Manwal dwar id-Defiċit u d-Dejn tal-Gvern u Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali (ESA) 2010 (l-edizzjoni tal-2023). Hija tkopri s-settur tal-Gvern Ġenerali, li jinkludi fih ʼl Gvern Lokali, l-Entitajiet Barra mill-Estimi, u l-Gvern Ċentrali li għandu xʼjaqsam mal-estimi. Huma inklużi wkoll kontijiet oħra tal-Gvern, bħall-Clearance Fund tat-Teżor u s-Sinking Fund, flimkien mal-Fond Konsolidat. Tranżazzjonijiet finanzjarji huma esklużi, u aġġustamenti oħra fuq il-bażi tad-dovuti huma meqjusa.
It-Tabelli tan-notifika uffiċjali tal-EDP li kienu mgħoddijin lill-Kummissjoni Ewropea jinstabu fit-tabelli tal-Excel.
Id-data tal-Fond Konsolidat tal-Gvern jinstabu hawn.
Aktar tagħrif kemm dwar il-kategoriji tad-dħul u n-nefqa kif ukoll l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji u d-dejn, inħareġ fl-Istqarrija NR071/2024 dwar ‘Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tas-Settur tal-Gvern Ġenerali: K4/2023’.
L-Inventarju Konsolidat tas-Sorsi u l-Metodi tal-EDP fl-ESA 2010 jinsab fis-sit elettroniku tal-NSO. Id-dokument jistaʼ jintlaħaq minn hawn.
1 Lista li tinstab fi tmiem din l-istqarrija tal-aħbarijiet turi l-EBUs li kienu jagħmlu sehem mis-settur tal-Gvern Ġenerali fil-31 ta’ Diċembru 2023.
to do
to do
to do
to do