L-Investiment Dirett fʼMalta u Barra: Jannar-Diċembru 2023

L-Investiment Dirett Barrani (FDI) fʼMalta
Matul is-sena 2023, l-investiment dirett barrani f’Malta telaʼ bʼ€20.4 biljun (Tabella nru 1). Il-kontributuri ewlenin kienu l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni b’sehem sħiħ ta’ 88.8 fil-mija (Tabella nru 2).
F’Diċembru 2023, il-pożizzjoni tal-istokk tal-investiment dirett barrani ammontat għal €430.5 biljun, żieda ta’ €15.0-il biljun fuq is-sena taʼ qabel. Bħas-snin taʼ qabel, l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni ammontaw għal 97.7 fil-mija tal-istokk irreġistrat f’Diċembru 2023 (Tabella nru 3).
L-Investiment Dirett Barra minn Malta
Matul l-2023, l-investiment dirett barra mill-pajjiż laħaq bʼkollox €18.6-il biljun, l-aktar fl-għamla ta’ ishma/unitajiet ta’ fondi ta’ investiment (Tabella nru 4).
Il-pożizzjoni tal-istokk tal-investiment dirett barra mill-pajjiż kienet ta’ €404.4 biljuni fʼDiċembru 2023, żieda taʼ €12.5-il biljun fuq il-qagħda tal-2022. L-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni kienu jagħmlu 99.3 fil-mija tal-investiment dirett barra mill-Pajjiż (Tabella nru 6).
Ċart nru 1. L-Investiment Dirett fʼMalta u Barra
Il-pożizzjonijiet tal-istokk fl-aħħar taʼ Diċembru
No Data Found
Tables
Tables
Methodological Notes
3. Direct Investment flows include transactions occurring during a particular period. Besides accumulated flows, the Direct Investment Stock Position takes into account any market value revaluations, reclassifications and exchange rate changes prevailing at the end of the reporting period.
4. The type of data collection system used to compile the Direct Investment is a composite system based on monthly, quarterly and annual direct reporting (DR) enterprise surveys, as well as various other sources that are identified from time to time by the BoP compilers. No major sectors of the economy are excluded from the aggregate data. The data for all components are compiled from these surveys. Where not directly available, preliminary figures on reinvested earnings are estimates based on an average of the previous four years. The final data on reinvested earnings are then compiled from the annual DR survey.
5. The classification used for economic activity is NACE Rev. 2, which corresponds to the Statistical Classification of Economic Activities in the European Community. Both the data on Direct Investment abroad and Foreign Direct Investment in Malta are classified on the basis of the industrial activity of the resident direct investment enterprises. Due to confidentiality issues, aggregate economic activities are grouped as follows:
L-Investiment Dirett fʼMalta u Barra: Jannar-Diċembru 2023

- FʼDiċembru 2023, il-pożizzjoni tal-istokk tal-Investiment Dirett Barrani f’Malta kienet ta’ €430.5 biljun, filwaqt li l-Investiment Dirett barra minn Malta laħaq l-€404.4 biljuni.
- L-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni kellhom l-akbar sehem fl-Investiment Dirett Barrani ʼl ġewwa u ʼl barra minn Malta.
- Matul l-2023, l-Investiment Dirett Barrani ʼl ġewwa u ʼl barra minn Malta żdied bʼ20.4 biljun u €18.6-il biljun, rispettivament.