Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali taħt it-Trattat taʼ Maastricht: L-Ewwel Rappurtar għall-2025

- Fl-2024, is-settur tal-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit taʼ €825.3 miljun, li huwa daqs 3.7 fil-mija tal-PDG.
- Fl-2024, id-dejn żdied bi €817.7-il miljun fuq is-sena taʼ qabel, u laħaq l-€10,648.4 miljun jew 47.4 fil-mija tal-PDG.
- Saru aġġustamenti biex defiċit taʼ €432.7 miljun tal-Fond Konsolidat ikun mibdul fʼdefiċit taʼ €825.3 miljun tas-settur tal-Gvern Ġenerali bbażat fuq is-sistema tal-accruals.
Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali taħt it-Trattat taʼ Maastricht: L-Ewwel Rappurtar għall-2025
Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali taħt it-Trattat taʼ Maastricht: L-Ewwel Rappurtar għall-2025

Il-Bilanċ Fiskali u d-Dejn tal-Gvern Ġenerali
Id-defiċit tal-Gvern Ġenerali għall-2024 kien taʼ €825.3 miljun, li huwa titjib taʼ €146.3 miljun fuq id-defiċit li kien irreġistrat fis-sena taʼ qabel. Il-bilanċ jitkejjel billi tinħareġ id-differenza bejn id-dħul sħiħ (€7,784.2 miljun) u n-nefqa sħiħa (€8,609.5 miljuni) tal-Gvern Ġenerali. Meta jitqabblu l-2024 u l-2023, id-dħul sħiħ żdied bʼ€1,216.0-il miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bʼ€1,069.8 miljun.
Tabella nru 1. L-aggregati ewlenin
2021 | 2022 | 2023 | 2024 | ||
General Government revenue | € millions | 5,420.6 | 5,934.1 | 6,568.2 | 7,784.2 |
% of GDP | 32.5 | 32.5 | 32.0 | 34.6 | |
General Government expenditure | € millions | 6,581.2 | 6,888.5 | 7,539.8 | 8,609.5 |
% of GDP | 39.5 | 37.7 | 36.7 | 38.3 | |
General Government surplus (+) / deficit (-) | € millions | -1,160.6 | -954.5 | -971.6 | -825.3 |
% of GDP | -7.0 | -5.2 | -4.7 | -3.7 | |
General Government debt | € millions | 8,305.3 | 9,052.3 | 9,830.7 | 10,648.4 |
% of GDP | 49.8 | 49.5 | 47.9 | 47.4 |
Bħala persentaġġ tal-PDG, il-bilanċ tal-Gvern Ġenerali kien jiswa daqs defiċit taʼ 3.7 fil-mija, li huwa titjib taʼ madwar 1.1 punti perċentwali meta mqabbel mad-defiċit taʼ 4.7 fil-mija li kien irreġistrat fl-2023.
Ċart nru 1. Il-bilanċ tal-Gvern Ġenerali bħala persentaġġ tal-PDG
No Data Found
Id-dejn tal-Gvern Ġenerali żdied bi €817.7-il miljun fuq l-2023 biex laħaq €10,648.4 miljun. Fl-2024, il-proporzjon tad-dejn imqabbel mal-PDG niżel għal 47.4 fil-mija mis-47.9 fil-mija fl-2023 (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Id-dejn tal-Gvern Ġenerali bħala persentaġġ tal-PDG
No Data Found
Iċ-Ċifri tal-2024
Sabiex sar magħruf il-bilanċ negattiv taʼ €825.3 miljun tas-settur tal-Gvern Ġenerali għall-2024, saru għadd taʼ aġġustamenti fil-bilanċ tal-Fond Konsolidat tal-Gvern, li rreġistra defiċit taʼ €432.7 miljun, skont kif kien irrappurtat fl-istqarrija tal-aħbarijiet tal-NSO 054/2025. L-aġġustamenti huma meħtieġa għat-tranżizzjoni mill-Fond Konsolidat tal-Gvern għall-eżerċizzju li huwa bbażat fuq id-dovuti (accruals) u li huwa kkompilat skont il-metodoloġija Ewropea stabbilita. L-aġġustamenti jqisu wkoll kemm l-Entitajiet meqjusa parti mill-Gvern (EBUs)1, li huma kklassifikati ġos-settur tal-Gvern Ġenerali, kif ukoll is-settur tal-Gvern Lokali. Tabella nru 3 tipprovdi t-tranżizzjoni mill-Fond Konsolidat għas-settur tal-Gvern Ġenerali.
L-akbar aġġustamenti negattivi kienu jikkonċernaw it-tranżazzjonijiet fi flus kontanti aġġustati biż-żmien (€212.1-il miljun) u l-Kontijiet oħra riċevibbli u pagabbli li ammontaw għal €196.5 miljun, u li fost ħwejjeġ oħra jinkludu ċ-ċifri tal-accruals tad-Dipartiment tat-Teżor, l-aġġustamenti tan-newtralizzazzjoni tal-Fondi tal-UE u l-posponimenti tat-taxxi minħabba l-Covid-19. Aġġustamenti oħra negattivi kienu l-investimenti ta’ flus ikklassifikati bħala trasferimenti kapitali (€156.0 miljun), il-flussi tal-Clearance Funds tat-Teżor (TCF) fi tranżazzjonijiet mhux finanzjarji (€27.3 miljun), kif ukoll it-tranżazzjonijiet li ġew indirizzati mill-ġdid fis-settur tal-Gvern Ġenerali u l-ftehim għas-sħubiji bejn il-Gvern u l-privat (PPP) (€10.4 miljuni), ir-reġistrazzjoni tal-krediti tat-taxxa pagabbli (€8.0 miljuni) u d-defiċit aggregat mill-Gvern Lokali (€3.6 miljuni).
Min-naħa l-oħra, l-aġġustamenti pożittivi ewlenin kienu ż-żieda fis-surplus irreġistrata mill-EBUs, li laħqet il-€207.4 miljuni u li fissret żieda taʼ €112.0-il miljun fuq l-2023. Żidiet oħra kienu d-differenza bejn l-imgħax imħallas u dak akkumulat (€8.8 miljuni) u l-imgħax irċevut mis-Sinking Fund (€7.7 miljuni) (Tabella nru 3).
Rappurtar u aġġornamenti
Fit-28 taʼ Marzu 2025, Malta ssottomettiet il-livelli tad-defiċit u d-dejn tal-Gvern għas-snin 2021-2024, bħala parti mill-Proċedura tan-Notifikazzjoni tad-Defiċit Żejjed (EDP). Dan sar skont ir-Regolament tal-Kunsill (RK) Nru 479/2009, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 220/2014.
Meta mqabbel mas-sottomissjoni taʼ qabel, li kienet saret fit-30 taʼ Settembru 2024, id-defiċit tal-Gvern Ġenerali kien rivedut ʼl isfel għall-2021 u l-2023 wara li tlestew ir-rapporti finanzjarji awditjati għall-EBUs u għall-kunsilli lokali, li wasslu għal reviżjoni ‘l isfel fil-bilanċ fiskali ta’ €0.2 miljuni fl-2021 u €24.3 miljun fl-2023. Barra minn hekk, tibdil fil-Kontijiet oħra riċevibbli u pagabbli kellu impatt negattiv fuq il-bilanċ fiskali fl-2023 (€3.6 miljuni).
Ir-reviżjoni fid-dejn tal-Gvern Ġenerali ġiet mit-tlestija tal-kontijiet awditjati tal-EBUs u l-Gvern Lokali. Iċ-ċifri kienu riveduti ʼl fuq bi €32.3 miljun għall-2021, bʼ€41.4 miljun għall-2022, u b’€39.3 miljun għall-2023.
Aġġustamenti fl-istock-flow (SFA)
L-SFA, li huwa wkoll magħruf bħala l-aġġustament tad-defiċit u d-dejn, jaqbad dawk it-tranżazzjonijiet jew fatturi li jaffettwaw id-dejn tal-Gvern imma li ma jkunux jidhru fil-bilanċ fiskali tiegħu. Fl-2024, l-SFA kien newtrali u ammonta għal 0.0 fil-mija tal-PDG. Dan juri li, il-bidla fid-dejn tal-gvern taʼ 3.6 fil-mija tal-PDG, kienet taqbel mad-defiċit tal-gvern, li kien ta’ 3.7 fil-mija tal-PDG. L-SFA newtrali kien ġej l-aktar minn ċaqliq fil-komponenti tiegħu li bbilanċjaw lil xulxin, bi tnaqqis fil-Kontijiet oħra riċevibbli u pagabbli (1.3 fil-mija tal-PDG), u l-Munita u d-Depożiti (0.4 fil-mija tal-PDG), li kienu bbilanċjati bʼżidiet fiż-żamma tal-Ishma fʼfondi taʼ investiment (1.1 fil-mija tal-PDG) u fit-Titoli tad-dejn (0.8 fil-mija tal-PDG) (Tabella nru 4).
Aktar Tagħrif
Fʼdin l-istqarrija, id-data hija ppreżentata fuq il-bażi tad-dovuti, bʼkuntrast mal-istqarrijiet taʼ kull xahar dwar iċ-ċifri tal-finanzi tal-Gvern, li jirriflettu l-Fond Konsolidat tal-Gvern u huma ppreżentati fuq il-bażi tal-ħlas. Dan l-eżerċizzju huwa kkompilat skont il-Manwal dwar id-Defiċit u d-Dejn tal-Gvern u Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali (ESA) 2010 (l-edizzjoni tal-2023). Hija tkopri s-settur tal-Gvern Ġenerali, li jinkludi fih ʼl Gvern Lokali, l-Entitajiet Barra mill-Estimi, u l-Gvern Ċentrali li għandu xʼjaqsam mal-estimi. Huma inklużi wkoll kontijiet oħra tal-Gvern, bħall-Clearance Fund tat-Teżor u s-Sinking Fund, flimkien mal-Fond Konsolidat. Tranżazzjonijiet finanzjarji huma esklużi, u aġġustamenti oħra fuq il-bażi tad-dovuti huma meqjusa.
It-Tabelli tan-notifika uffiċjali tal-EDP li kienu mgħoddijin lill-Kummissjoni Ewropea jinstabu fit-tabelli tal-Excel.
Id-data tal-Fond Konsolidat tal-Gvern jinstabu hawn:
https://nso.gov.mt/mt/il-finanzi-pubblici/
Aktar tagħrif kemm dwar il-kategoriji tad-dħul u n-nefqa kif ukoll l-assi u l-obbligazzjonijiet finanzjarji u d-dejn, inħareġ fl-Istqarrija dwar ‘Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tas-Settur tal-Gvern Ġenerali: K4/2024’.
L-Inventarju Konsolidat tas-Sorsi u l-Metodi tal-EDP fl-ESA 2010 jinsab fis-sit elettroniku tal-NSO. Id-dokument jistaʼ jintlaħaq minn hawn:
1 Lista li tinstab fi tmiem din l-istqarrija tal-aħbarijiet turi l-EBUs li kienu jagħmlu sehem mis-settur tal-Gvern Ġenerali fil-31 ta’ Diċembru 2024.
Tables
Tables
Methodological Notes
