L-Istruttura tad-Dejn tal-Gvern Ġenerali: 2022
NR097/2023
Data tal-Ħruġ: 1 taʼ Ġunju 2023
Fi tmiem l-2022, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali laħaq id-€9,003.4 miljun, jew 53.4 fil-mija tal-PDG, li huwa żjieda taʼ €739.5 miljun fuq l-2021.
Fis-sena 2022, il-qasam tal-Korporazzjonijiet Finanzjarji kellu l-akbar sehem fid-Dejn tal-Gvern bʼ60.4 fil-mija. Dan kien segwit mill-Bqija tad-Dinja bʼsehem taʼ 22.0 fil-mija. Is-sehem fid-dejn tal-Istituzzjonijiet li jservu lid-djar mingħajr għan taʼ qligħ (NPISH) kien ilaħħaq il-15.7 fil-mija, li huwa tnaqqis taʼ 7.6 punti perċentwali meta mqabbel mad-dejn li kellhom fl-2019. Il-qasam tal-Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji kellu 1.9 fil-mija tad-dejn. Bejn l-2019 u l-2022, il-qasam tal-Bqija tad-Dinja kellu l-akbar żjieda fiż-żamma tad-dejn tal-Gvern, bʼżjieda taʼ 6.9 punti perċentwali (Tabella nru 1).