
- Fl-aħħar taʼ Settembru tal-2023, in-nefqa fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħqet €791.2 miljun, li hija żieda taʼ 7.4 fil-mija fuq l-2022.
- Żieda taʼ 1,501 pensjonant taż-Żewġ Terzi kienet l-imbuttatura ewlenija għaż-żieda rrapurtata fil-Benefiċċji Kontributorji.
- In-nefqa fuq il-benefiċċji li mhumiex Kontributorji laħqet €189.2 miljun, 15.0 fil-mija ogħla mill-2022.
- L-akbar ġemgħa taʼ benefiċjarji Kontributorji kienet irrappurtata fil-Pensjonijiet taż-Żewġ Terzi (58,820).
- Total taʼ 44,016-il familja ħadu l-Allowance tat-Tfal sa l-aħħar taʼ Settembru tal-2023.
In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali
Bejn Jannar u Settembru 2023, l-infiq kollu fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq id-€980.4 miljun, 8.7 fil-mija aktar mis-sena taʼ qabel. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€54.2 miljun) u kemm fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€24.7 miljun) (Tabella nru 1).
L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq is-€791.2 miljun, li huwa żieda taʼ 7.4 fil-mija fuq l-2022. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €32.2 miljun, bħala riżultat taż-żieda taʼ 1,501 persuna li bdew jieħdu l-Pensjoni taż-Żewġ Terzi. Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Bonus Kontributorju (€12.4-il miljun) u l-Pensjonijiet tar-Romol (€9.5 miljuni) (Tabella nru 2).
Fi tmiem Settembru 2023, €189.2 miljun marru fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji, żieda taʼ 15.0 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. Iż-żidiet kienu rreġistrati fil-kategoriji kollha tal-benefiċċji, bʼdawk ewlenin ikunu l-Benefiċċju Sħiħ taʼ Waqt l-Impjieg (€6.1 miljuni), l-Allowance Supplementari Sħiħa (€5.3 miljuni) u l-Allowance Tat-Tfal (€3.5 miljuni) (Tabella nru 3).
Meta mqabbel mal-2022, intefqu €26.4 miljun aktar fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali bejn Lulju u Settembru 2023, bin-nefqa totali tilħaq il-€299.8 miljun. In-nefqa Kontributorja telgħet bi €19.3-il miljun, bl-akbar żieda tkun irreġistrata fil-Pensjonijiet tal-Irtirar (€12.2-il miljun). Barra minn dan, l-infiq fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji żdied bʼ€7.1 miljuni, bl-akbar żidiet jidhru fl-Allowance Supplementari Sħiħa (€2.4 miljuni) u fil-Benefiċċju Sħiħ taʼ Waqt l-Impjieg (€1.7 miljun), (Tabelli nri 4 u 5).
Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali
Matul l-ewwel disaʼ xhur tal-2023, l-akbar għadd ta’ benefiċjarji Kontributorji kien irreġistrat fil-Pensjoni ta’ Żewġ Terzi (58,820). Dan il- benefiċċju rrapporta l-ogħla żieda fost il-benefiċjarji, b’1,501 pensjonant iżjed meta mqabbel mal-2022. Min-naħa l-oħra, l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien irreġistrat fil-Benefiċċju tal-Mard (4,661) (Tabella nru 2).
L-Allowance tat-Tfal kellu l-ogħla numru ta’ riċevituri mhux kontributorji, bʼ44,016 familja jirċievu dan il-benefiċċju. Il-Benefiċċju taʼ Waqt l-Impjieg irreġistra l-akbar żieda fil-benefiċjarji bʼ16,358, filwaqt li l-akbar tnaqqis fir-riċevituri kien osservat fl-Allowance Supplementari (466) (Tabella nru 3).
Fit-tielet kwart tal-2023, il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (57,378) u l-Allowance tat-Tfal (42,186) kienu l-aktar benefiċċji Kontributorji u Mhux Kontributorji rċevuti, rispettivament (Tabelli nri 4 u 5).
Ċart nru 1. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali
Jannar-Settembru fʼmiljuni tal-ewro
No Data Found
Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1
Benefiċċji Kontributorji
Jannar-Settembru 2023
No Data Found
Benefiċċji Mhux Kontributorji
Jannar-Settembru 2023
No Data Found
1 Ara n-nota metodoloġika nru 5.