In-Nefqa fuq il-Ħarsien Soċjali: 2023

- Fl-2023, in-nefqa fuq il-ħarsien soċjali laħqet €2,716.6-il miljun, żieda taʼ €106.4 miljuni jew 4.1 fil-mija mis-sena taʼ qabel.
- L-akbar żidiet dehru fuq il-Benefiċċji Kontributorji tas-Sigurtà Soċjali (€72.8 miljun) u l-Isptarijiet u Faċilitajiet Oħra tal-Kura tas-Saħħa (€57.1 miljun). Min-naħa l-oħra, il-Pensjonijiet tas-Servizzi wrew l-akbar tnaqqis, bʼ€0.8 miljuni.
- Il-Benefiċċji tax-Xjuħija u tal-Mard/Kura tas-Saħħa laħqu 77.9 fil-mija tat-total. Bil-maqlub taʼ dan, il-benefiċċji tal-qgħad ammontaw għal 0.9 fil-mija tal-infiq soċjali.
- Fl-2023, 50.1 fil-mija tal-ħarsien soċjali ngħata fl-għamla taʼ benefiċċji fi flus, li ma kinux ittestjati għall-mezzi.
In-Nefqa fuq il-Ħarsien Soċjali: 2023
In-Nefqa fuq il-Ħarsien Soċjali: 2023

Fl-2023, in-nefqa soċjali telgħet bʼ€106.4 miljuni mill-€2,610.3 miljuni rrappurtati fl-2022. Dan l-infiq kien daqs 13.2 fil-mija tal-PDG nazzjonali, tnaqqis ta’ 1.1 punti perċentwali mis-sena taʼ qabel, wara tkabbir akbar tal-PDG (12.4 fil-mija), li kien irrappurtat bejn is-sentejn taʼ riferenza.
Kienet irrappurtata nefqa soċjali akbar fi 13 mis-17-il skema attiva ta’ Malta. L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-benefiċċji kontributorji tas-Sigurtà Soċjali (€72.8 miljun), segwita mill-Isptarijiet u Faċilitajiet Oħra tal-Kura tas-Saħħa (€57.1 miljun) u l-Kura tal-Anzjani u Persuni bʼDiżabbiltà (€26.9 miljun). Min-naħa l-oħra, ma kien irrappurtat ebda nfiq fuq il-Miżuri ta’ Appoġġ għall-COVID-19 u s-Sussidju għan-Nollijiet tal-Linja wara li dawn l-iskemi tneħħew bil-mod il-mod fʼMejju u Ottubru tal-2022, rispettivament. Kien irreġistrat tnaqqis fin-nefqa fuq il-Pensjonijiet tas-Servizz (€0.8 miljuni), is-Sedqa (€0.4 miljuni), il-Jobsplus (€0.3 miljuni) u l-Appoġġ (€0.2 miljuni) (Tabella nru 1).
Meta kien maqsum bit-tmien funzjonijiet (ara nota nru 3 fil-metodoloġija) tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika Integrata tal-Ħarsien Soċjali (ESSPROS), l-infiq soċjali varja minn €1.2 biljuni fʼBenefiċċji tax-Xjuħija għal €23.6 miljun fʼMiżuri fuq il-Qgħad. Meta mqabbla mas-sena taʼ qabel kien hemm żidiet fʼsebaʼ funzjonijiet, bl-akbar żieda, dik ta’ €84.3 miljun, tkun irreġistrata għax-Xjuħija. Kien hemm infiq akbar ukoll għall-Mard/Kura tas-Saħħa (€66.5 miljun), il-Familja/Tfal (€20.2 miljun), ir-Romol (€15.2-il miljun), l-Esklużjoni Soċjali mhux ikklassifikata xi mkien ieħor (n.e.c.) (8.2 miljuni), id-Diżabbiltà (€7.0 miljuni), u d-Djar (€4.9 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis taʼ €99.9 miljun fl-infiq fuq il-qgħad (Tabella nru 2).
Ċart nru 1. In-nefqa soċjali gross bil-funzjoni tal-ESSPROS
Żmien taʼ riferenza: 2014-2023
No Data Found
Ċart nru 2. In-nefqa soċjali gross bil-funzjoni tal-ESSPROS bħala persentaġġ tal-PDG
Żmien taʼ riferenza: 2014-2023
No Data Found
Il-biċċa l-kbira tan-nefqa soċjali (55.4 fil-mija) kienet ipprovduta fi flus, filwaqt li l-44.6 fil-mija l-oħra kienet magħmula minn prodotti u servizzi. Il-benefiċċji mhux ittestjati għall-mezzi ammontaw għal 91.7 fil-mija tat-total, 54.6 fil-mija huma benefiċċji fi flus. Bl-istess mod, it-8.3 fil-mija li jifdal, li jirrappreżentaw benefiċċji ttestjati għall-mezzi, kienu mogħtijin l-aktar fʼbenefiċċji fi flus (63.9 fil-mija) (Ċart nru 3).
Ċart nru 3. In-nefqa fuq il-ħarsien soċjali bit-tip u l-ittestjar tal-mezzi
Żmien taʼ riferenza: 2023
No Data Found
Ċart nru 4. In-nefqa fuq il-ħarsien soċjali bit-tip
Żmien taʼ riferenza: 2014-2023
No Data Found
Methodological Notes
i. Sickness/Health care: Income maintenance and support in cash in connection with physical or mental illness, excluding disability. Health care intended to maintain, restore or improve the health of the people protected irrespective of the origin of the disorder.
ii. Disability: Income maintenance and support in cash or kind (except health care) in connection with the inability of physically or mentally disabled people to engage in economic and social activities.
iii. Old Age: Income maintenance and support in cash or kind (except health care) in connection with old age.
iv. Survivors: Income maintenance and support in cash or kind in connection with the death of a family member.
v. Family/Children: Support in cash or kind (except health care) in connection with the costs of pregnancy, childbirth and adoption, bringing up children and caring for other family members.
vi. Unemployment: Income maintenance and support in cash or kind in connection with unemployment.
vii. Housing: Help towards the cost of housing.
viii. Social exclusion not elsewhere classified (n.e.c.): Benefits in cash or kind (except health care) specifically intended to combat social exclusion that are not covered by one of the other functions.