Stqarrijiet tal-aħbarijiet

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Diċembru 2024  

NR 057/2025
Data tal-Ħruġ: 03 taʼ April 2025

Social,Security:,Increase,Or,Decrease?
  • In-nefqa fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħqet €1,147.8 miljun sal-aħħar taʼ Diċembru 2024, 10.5 fil-mija aktar mill-2023.
  • L-għadd ta’ pensjonanti taż-Żewġ Terzi żdied b’2,288 minn l-istess perjodu fl-2023.
  • L-akbar ġemgħa taʼ benefiċjarji Kontributorji kienet irrappurtata fil-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (61,948).
  • In-nefqa fuq il-benefiċċji li mhumiex Kontributorji laħqet €326.2 miljun, 21.1 fil-mija ogħla mill-2023.
  • Bejn Jannar u Diċembru 2024, kien hemm bʼkollox 106,716-il familja li ħadu l-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali. Barra minn hekk, kien hemm 45,674 familja li kkwalifikaw għall-Allowance tat-Tfal.

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Diċembru 2024

In-Nefqa tal-Gvern fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali: Jannar-Diċembru 2024

NR 057/2025
Data tal-Ħruġ: 03 taʼ April 2025

Fl-2024, in-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali telgħet bʼ€165.9 miljun meta mqabbla mal-2023.
Social,Security:,Increase,Or,Decrease?

In-nefqa tal-Gvern fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali

Sa tmiem l-2024, l-infiq fuq il-benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq l-€1,474.1 miljun, 12.7 fil-mija aktar mill-€1,308.2 miljuni li kienu rreġistrati fi tmiem is-sena taʼ qabel. Nefqiet ogħla kienu rreġistrati kemm fuq il-Benefiċċji Kontributorji (€109.2 miljuni) kif ukoll fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€56.8 miljun) (Tabella nru 1).

L-infiq tal-Gvern fuq il-Benefiċċji Kontributorji laħaq l-€1,147.8 miljun, żieda taʼ 10.5 fil-mija fuq l-2023. Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, li kienet taʼ €69.4 miljun, bħala riżultat tal-qabża fil-pensjonanti taż-Żewġ Terzi (2,288). Aktar żidiet kienu rreġistrati fil-Bonus Kontributorju (€21.5 miljun), il-Pensjonijiet tar-Romol (€15.8-il miljun), Benefiċċji Oħra (€2.5 milljuni), il-Bonus Kontributorju taʼ Defiċjenza (€0.9 miljuni) u Benefiċċji tal-Korrimenti Industrijali u Għotjiet (€0.1 miljun). Bil-maqlub taʼ dan, il-pensjonijiet tal-Invalidità naqsu bʼ€1.0 miljun (Tabella nru 2).

Matul l-2024, l-infiq fuq il-Benefiċċji Mhux Kontributorji laħaq it-€326.2 miljun, żieda taʼ 21.1 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel. Din iż-żieda kellha l-aktar miż-zieda taʼ €22.5 miljun fi ħlasijiet tal-Allowance tat-Tfal, flimkien maż-żieda taʼ €22.4 miljun irrappurtati fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali. Tal-ewwel jinkludu l-ħlasijiet tal-bidu tal-Allowance Speċjali tal-Istudenti postsekondarji (€5.8 miljuni), li jitħallsu lil ġenituri li wliedhom jibqgħu l-iskola lil hinn mill-età tal-obbligu (Tabella nru 3).

Fl-aħħar kwart tal-2024, l-infiq fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali laħaq it-€372.5 miljun, żieda taʼ €45.1 miljun fuq is-sena taʼ qabel. Infiq akbar kien irrappurtat kemm fil-Benefiċċji Kontributorji (€27.6 miljun) kif ukoll fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji (€17.6-il miljun). Il-Pensjonijiet tal-Irtirar irreġistraw l-akbar żieda, dik taʼ €17.5-il miljun, fil-Benefiċċji Kontributorji (Tabella nru 4), filwaqt li l-akbar żieda fin-nefqa fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji dehret fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (€9.3 miljuni) (Tabella nru 5). 

Il-benefiċjarji tas-Sigurtà Soċjali

Fl-2024, il-pensjonanti taż-Żewġ Terzi kienu jgħoddu 61,948, li jiġu 2,288 benefiċjarju aktar mill-2023. Din kienet l-ogħla żieda li dehret fost ir-riċevituri tal-Benefiċċji Kontributorji. Bil-maqlub taʼ dan, l-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-Pensjoni Minima Nazzjonali tar-Romol (236) (Tabella nru 2).

L-ogħla numru ta’ benefiċjarji Mhux Kontributorji kien irrappurtat fil-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (106,716), li rrapporta wkoll l-akbar żieda (11,144) fil-Benefiċċji Mhux Kontributorji. Barra minn hekk, kien hemm 45,674 familja li kienu qed jieħdu l-Allowance tat-Tfal, 754 aktar mis-sena taʼ qabel. L-akbar tnaqqis kien osservat fl-Allowance Supplementari (577) (Tabella nru 3).

Fl-aħħar kwart tal-2024, il-Pensjoni taż-Żewġ Terzi (57,624) u l-Benefiċċju għall-Ogħli tal-Ħajja Addizzjonali (96,737) kienu l-aktar Benefiċċju Kontributorju u Benefiċċju Mhux Kontributorju rċevuti, rispettivament (Tabelli nri 4 u 5).

Ċart nru 1. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali

Jannar-Diċembru fʼmiljuni tal-ewro

No Data Found

Drag to view in full
Ċart nru 2. In-nefqa fuq il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali bil-funzjonijiet tal-ESSPROS1

Benefiċċji Kontributorji

Jannar-Diċembru 2024

Old age
Survivors
Disability
Sickness
Other

Benefiċċji Mhux Kontributorji

Jannar-Diċembru 2024

Family & Children
Social Exclusion n.e.c
Old Age
Disability
Sickness
Unemployment

1 Ara n-nota metodoloġika nru 5.

Methodological Notes

1. Expenditure data provided in this news release is extracted from the administrative records of the Department of Social Security, and is based on the Government’s Consolidated Fund.
 
2. Beneficiaries data is obtained from the Department of Social Security’s Unique Beneficiaries Report.
 
3. In 2022, a complete revamp of the In-Work Benefit (IWB) was carried out by the Income Support and Compliance Division, with payments being made to all eligible parents irrespective of application status. Payments are made in arrears, hence the reporting period for reference year N is being covered by payments made between April of year N to March of year N+1. Due to the differences in reporting methods between the data sources listed in Notes 1 and 2, and to maintain consistency in line with the restructuring performed, from 2023 the Unique Beneficiaries Report has been used to extract both the expenditure and beneficiaries data for the IWB.
 
4. For every benefit, the corresponding beneficiaries reflect any person who has received the benefit at least once during the reference period. The number of beneficiaries may not be aggregated since persons obtaining two or more different benefits during the same period are listed once under each benefit. It should also be noted that the annual number of beneficiaries is not equal to the sum of the quarters since beneficiaries obtaining the same benefit in more than one quarter are only counted once. Furthermore, bonus recipients are not reported separately but captured within relative benefits, reflecting their role as secondary payments made to beneficiaries of Pensions in respect of Retirement and Social Assistance, among others.
 
5. The functions provided in charts 2 and 3 are in line with the European System of Integrated Social Protection Statistics (ESSPROS) Manual 2022 Edition (ISBN 978-92-76-58596-1). This methodology is mandatory for all EU Member States. A detailed breakdown of which benefits are classified under each function is provided in the Social Security Benefits Glossary that can be accessed from the ‘Sources and Methods’ link listed in note 8.
 
6. Expenditure data is not normally subject to revision, while beneficiaries data may be revised. As of 2023, latest figures for the IWB are to be taken as provisional and subject to revision.
 
7. Figures may not add up exactly due to rounding.
 
8. More information relating to this news release may be accessed at:
 

9. A detailed news release calendar is available online.

10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

11. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.