Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali: 1995-2023  

NR 198/2024
Data tal-Ħruġ: 23 ta’ Ottubru 2024
Data tal-Għeluq: 30 ta’ Settembru 2024

shutterstock_2459571001
  • Is-self nett tal-ekonomija nazzjonali meta mqabbel mal-bqija tad-dinja kien ta’ €1,235 miljun fl-2023.
  • Id-dħul nazzjonali gross laħaq is-€17,897 miljun fl-2023 u d-dħul disponibbli nazzjonali gross kien ta’ €17,942 miljun.
  • Ir-rata ta’ tfaddil tal-households kienet stmata għal 11.9 fil-mija tad-dħul disponibbli gross tagħhom fl-2023, meta mqabbla ma’ 13.6 fil-mija fl-2022.
  • It-tkabbir tal-ekonomija kien ġej l-aktar mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tiegħu żdied b’10.1 fil-mija (+12.0 fil-mija fl-2022), u kkontribwixxa 6.6 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata fl-2023.

Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali: 1995-2023

Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali: 1995-2023

NR 198/2024
Data tal-Ħruġ: 23 ta’ Ottubru 2024
Data tal-Għeluq: 30 ta’ Settembru 2024

Stimi proviżorji jindikaw li s-self nett tal-ekonomija nazzjonali meta mqabbel mal-bqija tad-dinja kien ta’ €1,235 miljun fl-2023. It-tkabbir tal-ekonomija kien ġej l-aktar mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tiegħu żdied b’10.1 fil-mija, u kkontribwixxa 6.6 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata fl-2023. Ir-rata ta’ tfaddil tal-households hija stmata għal 11.9 fil-mija tad-dħul disponibbli gross tagħhom fl-2023.
shutterstock_2459571001

Is-serje tal-kontijiet nazzjonali settorjali murija hawnhekk tagħti perspettiva ġdida dwar l-istruttura tal-ekonomija Maltija. Din l-istqarrija hija l-ewwel waħda fis-serje u turi s-sekwenza sħiħa tal-kontijiet mhux finanzjarji mill-1995 sal-2023. Is-serje f’din l-istqarrija hija konsistenti mal-kontijiet nazzjonali aggregati ewlenin kif maħruġa fit-28 ta’ Awwissu 2024 u l-istatistika tal-finanzi tal-gvern kif maħruġa fit-22 ta’ Ottubru 2024.

Il-kontijiet settorjali mhux finanzjarji jiddeskrivu r-riżultati miksuba minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S11) u korporazzjonijiet finanzjarji (S12), il-gvern ġenerali (S13), l-unitajiet domestiċi (households) (S14), u istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (S15) fil-fażijiet differenti tal-proċess ekonomiku. Il-metodologija tibda mill-ġenerazzjoni tad-dħul tal-operaturi residenti li jirriżulta direttament mill-proċess tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tiegħu bejn il-fatturi tal-produzzjoni (ix-xogħol, il-kapital) u l-amministrazzjoni pubblika (bit-taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni, u s-sussidji). Dan jippermetti li jiġi ddeterminat il-qligħ mill-operat (jew id-dħul imħallat fil-każ tal-unitajiet domestiċi) u d-dħul primarju. Imbagħad nippreżentaw l-effetti maħluqa mill-miżuri ridistributtivi mdaħħlin fis-seħħ mis-settur pubbliku u minn setturi privati oħra (residenti jew le), u b’hekk jirnexxielna nkejlu r-riżorsi li l-operaturi ekonomiċi għandhom disponibbli għall-konsum jew l-investiment tagħhom f’assi tanġibbli u/jew finanzjarji bit-tfaddil.

Jekk it-tfaddil ma jkunx biżżejjed biex jagħmel tajjeb għall-investiment, jinħoloq id-dejn permezz ta’ finanzjament estern. Għall-kuntrarju, surplus ta’ riżorsi disponibbli meta mqabbel mal-ħtiġijiet ta’ nfiq jindika kapaċità ta’ finanzjament. Ċart nru 1 tagħti ħarsa ġenerali lejn is-self nett u s-self mill-oqsma istituzzjonali mill-1995.

Ċart nru 1. Is-self (+) / id-dejn nett (-) tal-ekonomija nazzjonali, bis-settur istituzzjonali

Drag to view in full

Il-Kontijiet Mhux Finanzjarji Annwali bis-Setturi Istituzzjonali 2023

Fl-2023, l-ekonomija nazzjonali rreġistrat self nett ta’ €1,235 miljun meta mqabbla mal-bqija tad-dinja, li jirrappreżenta 6.0 fil-mija tal-PDG tal-perjodu msemmi. Dan huwa titjib meta mqabbel mal-2022, meta l-ekonomija rreġistrat self nett ta’ €102 miljuni (-0.6 fil-mija tal-PDG).

Din iż-żieda hi riżultat ta’ bilanċ ogħla ta’ kummerċ barrani fi prodotti u servizzi (€3,733 miljun, meta mqabbel ma’ €2,458 miljun fl-2022). B’żieda ta’ €5 miljuni, l-evoluzzjoni tat-tranżazzjonijiet tad-dħul primarju u sekondarju kellha impatt ferm iżgħar fuq il-bilanċ tal-kont kurrenti. Barra minn hekk, il-bilanċ tat-trasferimenti kapitali kien ta’ €230 miljun, meta mqabbel ma’ €182 miljun fl-2022 (Tabella nru 1).

Rappreżentazzjoni aktar dettaljata tal-ekonomija nazzjonali qiegħda f’Tabella nru 3, filwaqt li t-tqassim dettaljat tal-bqija tad-dinja qiegħed f’Tabella nru 10.

Iż-żieda fis-self nett tista’ tiġi attribwita prinċipalment lill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji li kellhom bilanċ nett ogħla ta’ dħul mill-proprjetà u fit-tranżazzjonijiet tad-dħul sekondarju (dħul disponibbli, gross) ta’ €208 miljuni u tnaqqis fil-formazzjoni ta’ kapital gross ta’ €779 miljun, li wassal għal żieda sinifikanti fis-self nett (Tabella nru 2).

Tabella nru 2 turi l-kontribut ta’ kull settur istituzzjonali għas-self nett tal-ekonomija nazzjonali muri f’Tabella nru 1.

Is-saħħa tat-tkabbir ekonomiku

Fl-2023, il-valur miżjud bil-prezzijiet kurrenti ġġenerat mill-ekonomija nazzjonali (stmat bil-prezzijiet bażiċi) wera tkabbir ta’ 13.4 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.

Kien irreġistrat ċaqliq pożittiv fl-oqsma istituzzjonali kollha. B’mod partikolari, it-tkabbir fl-ekonomija kien ġej l-aktar mis-settur tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li l-valur miżjud tiegħu żdied b’10.1 fil-mija (+12.0 fil-mija fl-2022), u kkontribwixxa 6.6 punti perċentwali għaż-żieda rreġistrata fl-2023. Il-valur miżjud tal-korporazzjonijiet finanzjarji żdied b’29.3 fil-mija (+4.8 fil-mija fl-2022), u kkontribwixxa 2.3 punti perċentwali għaż żieda fl-2023. Wara perjodu twil ta’ rati ta’ imgħax baxxi fiż-żona tal-ewro, il-Bank Ċentrali Ewropew beda jżid ir-rata tiegħu f’Lulju 2022. Dan kellu impatt dirett fuq l-istimi tal-produzzjoni ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja mkejla indirettament (FISIM)  tal-korporazzjonijiet finanzjarji, li żdied b’mod qawwi mit-tielet kwart tal-2022 u laħaq il-quċċata fl-2023. Il-FISIM huwa kontributur ewlieni għall-valur miżjud u l-qligħ operattiv gross tal-korporazzjonijiet finanzjarji.

L-unitajiet domestiċi, li jinkludi intrapriżi mhux inkorporati u ħaddiema li jaħdmu għal rashom, irreġistraw tkabbir ta’ €611-il miljun jew 28.0 fil-mija (+11.3 fil-mija fl-2022) fil-valur miżjud, li ssarraf f’kontribuzzjoni ta’ 3.6 punti perċentwali għat-tkabbir ġenerali tal-2023. Din iż-żieda ġejja l-aktar mit-tnaqqis ta’ €208 miljuni fil-konsum intermedju relatat mal-FISIM tas-sidien tad-djar fl-2023.

Fl-aħħar nett, il-valur miżjud iġġenerat mill-attività tal-gvern ġenerali żdied b’6.6 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (+5.0 fil-mija fl-2022).

Ċart nru 2. It-tkabbir fil-valur miżjud gross tal-ekonomija nazzjonali (S.1) u l-kontribut għat-tkabbir, bis-settur istituzzjonali

Drag to view in full

Il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Il-valur miżjud gross iġġenerat minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji żdied b’10.1 fil-mija fl-2023 meta mqabbel mal-2022 u l-qligħ operattiv gross b’9.6 fil-mija. Is-sehem tal-qligħ operattiv gross tas-settur fil-valur miżjud tiegħu kien ta’ 61.4 fil-mija, kważi daqs is-sena ta’ qabel. Is-sehem tas-settur fil-kumpens għall-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 61.2 fil-mija.

Jekk inżidu l-bilanċ nett mid-dħul (interessi, dividends, eċċ.) mal-qligħ operattiv gross tas-settur, naslu għall-bilanċ tad-dħul primarju gross, li żdied b’4.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

B’konsegwenza ta’ dan, u l-evoluzzjoni tat-tranżazzjonijiet fil-kont tad-distribuzzjoni tad-dħul sekondarju (taxxi korporattivi, kontribuzzjonijiet u benefiċċji soċjali u trasferimenti kurrenti oħra), id-dħul disponibbli tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji żdied b’5.8 fil-mija.

Bħal fis-snin ta’ qabel, dan id-dħul disponibbli, flimkien mal-bilanċ tat-trasferiment tal-kapital, kien biżżejjed biex jiffinanzja l-investiment (Tabella nru 4).

Min-naħa l-oħra, ir-rata ta’ investiment tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji kienet ta’ 16.7 fil-mija tal-valur miżjud gross tagħhom, 8.8 punti inqas mis-sena ta’ qabel. Il-proporzjon ta’ awtoinvestiment tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji, li jinkiseb billi jittieħed it-tfaddil gross tas-settur u jiġi diviż bil-formazzjoni tal-kapital fiss gross tagħhom kien ta’ 2.0 fl-2023, meta mqabbel mal-medja ta’ 1.4 fil-ħames snin ta’ qabel (Tabella nru 11).

B’riżultat ta’ dan, huwa stmat self nett ta’ €1,768 miljun għas-settur, meta mqabbel ma’ €674 miljun fl-2022 (Tabella nru 4).

Ċart nru 3. Il-qligħ operattiv gross u l-investiment mill-korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Il-persentaġġ fuq il-Valur Miżjud Gross

No Data Found

Drag to view in full

Il-korporazzjonijiet finanzjarji

Il-valur miżjud gross tal-korporazzjonijiet finanzjarji żdied b’29.3 fil-mija fl-2023 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Il-qligħ operattiv gross tas-settur żdied b’46.1 fil-mija. Is-sehem tas-settur għall-kumpens tal-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 9.9 fil-mija.

Dan, flimkien ma’ bilanċ nett aktar baxx tad-dħul mill-proprjetà (interessi, dividendi, eċċ.) li rċieva s-settur, wassal biex il-bilanċ tad-dħul primarju żdied b’59.6 fil-mija.

Jekk nikkunsidraw ukoll it-tranżazzjonijiet fil-kont tad-distribuzzjoni tad-dħul sekondarju (taxxa tad-dħul korporattiva, kontribuzzjonijiet u benefiċċji tas-sigurtà soċjali u trasferimenti kurrenti oħra), id-dħul gross disponibbli tas-settur kien stmat għal €146 miljun.

Il-formazzjoni ta’ kapital gross minn korporazzjonijiet finanzjarji kienet tammonta għal €379 miljun, żieda meta mqabbla mas-sena ta’ qabel li kienet stmata għal €349 miljun.

B’dan, u meta wieħed iqis il-bilanċ tat-trasferimenti kapitali, is-settur iġġenera self nett ta’ €311-il miljun, meta mqabbel ma’ €501 miljun fl-2022 (Tabella nru 5).

Il-Gvern Ġenerali

Fl-2023, il-valur miżjud gross tal-gvern ġenerali żdied b’6.6 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Is-sehem tas-settur għall-kumpens tal-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 24.2 fil-mija.

Id-dħul disponibbli gross għall-gvern ġenerali laħaq it-€3,292 miljun fl-2023, 19.7 fil-mija aktar mis-sena ta’ qabel.

In-nefqa finali fuq il-konsum żdiedet b’7.8 fil-mija, sa €3,422 miljun. B’dan, it-tfaddil gross tas-settur ammonta għal -€129 miljun, u rreġistra titjib meta mqabbel mas-sena ta’ qabel li kien ta’ -€424 miljun.

L-investiment mis-settur tal-gvern ġenerali kien stmat għal €709 miljuni, b’żieda ta’ 21.3 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. It-tfaddil u l-investiment fis-settur, flimkien mal-bilanċ tat-trasferimenti kapitali, wasslu biex is-settur jiġġenera self nett ta’ €939 miljun, titjib meta mqabbel mas-self nett ta’ €954 miljun fl-2022 (Tabella nru 6).

Ċart nru 4. It-tfaddil, u s-self u d-dejn nett tal-Gvern Ġenerali

No Data Found

Drag to view in full

L-unitajiet domestiċi (Households)

L-unitajiet domestiċi jinkludu individwi jew gruppi ta’ individwi li l-funzjoni ewliena tagħhom hija l-konsum, u li jipproduċu oġġetti u servizzi mhux finanzjarji għall-użu finali tagħhom biss. L-użu finali proprju huwa marbut ma’ servizzi relatati mad-djar okkupati mis-sidien u servizzi domestiċi magħmula minn impjegati mħallsa. Is-settur tal-unitajiet domestiċi jinkludi wkoll sidien li jaħdmu għal rashom u sħubijiet mingħajr status legali, minbarra dawk ittrattati bħala kważi korporazzjonijiet, u li huma produtturi tas-suq.

Il-valur miżjud gross iġġenerat mill-unitajiet domestiċi żdied bi 28.0 fil-mija fl-2023 meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Minħabba l-impatt tal-FISIM, il-valur miżjud tad-djar okkupati mis-sidien żdied bi 92.8 fil-mija. Min-naħa l-oħra, it-tkabbir iġġenerat minn intrapriżi mhux inkorporati kien ta’ 16.2 fil-mija. Bl-istess mod, il-qligħ tal-operat żdied bi 92.8 fil-mija, filwaqt li d-dħul imħallat li jirrappreżenta d-dħul ta’ min jaħdem għal rasu żdied b’14.2 fil-mija. Is-sehem tas-settur għall-kumpens tal-impjegati fl-ekonomija kien ta’ 4.5 fil-mija.

Meta wieħed iqis iż-żieda fil-kumpens riċevibbli mill-impjegati (+8.4 fil-mija) u l-evoluzzjoni tal-bilanċ nett tad-dħul mill-(interessi, dividendi, eċċ.) li jirċievi s-settur, kienet irreġistrata żieda ta’ 15.5 fil-mija fil-bilanċ gross tad-dħul primarju (Tabella nru 7).

Bl-istess mod, jekk wieħed iqis l-impatt totali fuq it-tranżazzjonijiet tad-distribuzzjoni tad-dħul sekondarju (it-taxxa fuq id-dħul u l-ġid, il-kontribuzzjonijiet soċjali u l-benefiċċji soċjali u  trasferimenti kurrenti oħra), fl-2023 id-dħul disponibbli gross tal-households kiber b’16.0 fil-mija, għal €10,431 miljun. In-nefqa tal-konsum finali tal-households kienet stmata għal €9,199 miljun, żieda ta’ 18.3 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. B’riżultat ta’ dan, it-tfaddil fis-settur ammonta għal €1,238 miljun (€1,222 miljun fl-2022) (Tabella nru 7). Ir-rata ta’ tfaddil tal-households kienet ta’ 11.9 fil-mija (Tabella nru 11) tad-dħul disponibbli gross, meta mqabbla ma’ 13.6 fil-mija fis-sena ta’ qabel. It-tfaddil fl-2020 u fl-2021 kien ogħla minħabba tnaqqis fin-nefqa tal-konsum finali tal-households matul il-pandemija. Id-dħul disponibbli gross tal-households ras għal ras żdied bi 11.4 fil-mija fl-2023, meta mqabbel ma’ 4.6 fil-mija fl-2022 bil-prezzijiet kurrenti. Min-naħa l-oħra, d-dħul disponibbli gross reali tal-households għal kull ras żdied b’5.0 fil-mija fl-2023 meta mqabbel mat-tnaqqis ta’ 0.7 fil-mija fl-2022 (Tabella nru 11).

L-investiment tal-unitajiet domestiċi laħaq id-€905 miljuni fl-2023 meta mqabbel mat-€837 miljun fis-sena ta’ qabel. Min-naħa tagħha, ir-rata tal-investiment tal-unitajiet domestiċi, kienet ta’ 8.7 fil-mija tad-dħul disponibbli gross tagħhom, 0.6 punti perċentwali inqas mis-sena ta’ qabel.

Wara li kien ikkunsidrat il-bilanċ tat-trasferimenti kapitali fis-settur, l-unitajiet domestiċi rreġistraw self nett ta’ €747 miljun meta mqabblin mas-€694 miljun stmati fl-2022 (Tabella nru 7).

Ċart nru 5. It-tfaddil tal-households, gross

Il-persentaġġ fuq id-dħul disponibbli gross

Drag to view in full

Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-unitajiet domestiċi (NPISH)

Il-valur miżjud gross iġġenerat mis-settur tal-NPISH żdied bʼ4.0 fil-mija fl-2023 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel.

Id-dħul gross disponibbli laħaq €241 miljun fl-2023, 2.7 fil-mija aktar mis-sena taʼ qabel.

In-nefqa finali fuq il-konsum żdiedet bi 8.5 fil-mija, sa €259 miljun. Bʼdan, it-tfaddil gross tas-settur niżel għal -€18-il miljun.

L-investiment mill-NPISH ammonta għal €13-il miljun, żieda meta mqabbel mas-sena taʼ qabel. Bʼdan, u ladarba jitqies il-bilanċ tat-trasferimenti kapitali, is-settur iġġenera self nett taʼ €29 miljun, meta mqabbel mal-€15-il miljun tal-2022 (Tabella nru 8).

Tables

Tables

Definitions of the terms used in these tables are available in the Glossary

Methodological Notes

1. The objective of the annual non-financial accounts for the institutional sectors is to analyse the economic relationships between the institutional units that form the national economy (non-financial corporations (S.11), financial corporations (S.12), general government (S.13), households (S.13) and non-profit institutions serving households (S.15)) and between them and the rest of the world in an ordered series of accounts that describe each phase of economic process (production and creation of income, distribution and redistribution, final consumption, savings and asset accumulation). These results are prepared in compliance with the conceptual and regulatory framework established by the European System of National and Regional Accounts (ESA 2010), approved by the Regulation (EU) 549/2013, of the European Parliament and of the Council, of 21 May. More information on the sequence of non-financial account is available in ESA 2010, Chapter 8.

2. The results are disseminated 90 days following the end of the reference year (t+90 days, being t the reference year). These results are consistent with the quarterly non-financial accounts for the institutional sectors compiled at t+85 following the end of the reference year (t+85 days, being t the reference quarter). In case of Malta, quarterly non-financial accounts are only compiled for S.1, S.2 and S.13. The rest of the sectors are voluntary for countries whose GDP at current prices represents less than 1 per cent of the corresponding Union total. The 1 per cent threshold is calculated as a moving average based on the latest three available years. The quarterly non-financial accounts for the institutional sectors dataset is available online. This calendar is compatible with the requirements for availability of national accounts results established by Regulation (EU) 549/2013 on the European System of National and Regional Accounts 2010.

3. Data in this news release should be considered as provisional for 2020 to date.

4. Definitions of the terms used in the tables of this news release are available in the Glossary.

5. A more detailed breakdown of annual non-financial accounts by the institutional sectors and by variable are available online.

6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

 
7. More information relating to this news release may be accessed at:
 

8.  A detailed news release calendar is available online.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content