Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K4/2024

NR 035/2025
Data tal-Ħruġ: 27 taʼ Frar 2025
Data tal-Għeluq: 21 taʼ Frar 2025

Stimi proviżorji juru li, fir-rabaʼ kwart tal-2024, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) ammonta għal €5.6 biljuni, żieda taʼ €301.6 miljun, jew 5.7 fil-mija, meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023. Fʼtermini reali, l-PDG tela’ bi 2.8 fil-mija.
Gross Domestic Product: Q1/2023

Fir-rabaʼ kwart tal-2024, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) tal-ekonomija Maltija rreġistra rata taʼ tkabbir pożittiva taʼ 2.8 fil-mija fʼtermini reali, fuq bażi annwali. Id-deflatur tal-PDG żdied bi 2.8 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.

Tabella nru 1. Għażla ta’ indikaturi

Q4 2023Q1 2024Q2 2024Q3 2024Q4 2024
Gross domestic product (nominal) € 000 5,327,979 5,287,0055,674,5325,879,7895,629,532
Gross national income (nominal)€ 0004,624,2754,432,4584,951,8695,134,2074,782,408
Gross domestic product (deflator)2020=100114.5114.9117.8117.5117.7
Gross domestic product per capita (nominal)9,4879,3169,95810,2699,801
Gross national income per capita (nominal)8,2347,8108,6908,9678,326

Ċart nru 1. Il-Prodott Domestiku Gross

Ir-rati tat-tkabbir fuq bażi annwali

No Data Found

Drag to view in full

Il-PDG mill-aspett tal-produzzjoni

Il-PDG jitkejjel billi jingħadd il-Valur Miżjud Gross (VMG) tal-ekonomija mad-differenza bejn it-Taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti. Il-VMG huwa d-differenza bejn il-produzzjoni u l-konsum intermedju ta’ kull attività tal-ekonomija.

Matul ir-raba’ kwart tal-2024, il-VMG kiber b’0.9 fil-mija fʼtermini reali meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.

Is-Servizzi (Taqsimiet tan-NACE minn G sa U), u l-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa F) irreġistraw kontribut pożittiv ta’ 1.8 u 0.4 punti perċentwali għar-rata tat-tkabbir tal-VMG f’termini reali, rispettivament. L-Agrikoltura u s-sajd (Taqsima tan-NACE A) kellha impatt negattiv ta’ 1.3 punti perċentwali fuq it-tkabbir tal-VMG.

It-tkabbir fis-Servizzi kien dovut l-aktar għar-rati tat-tkabbir fʼdawn l-oqsma: Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (11.8 fil-mija), l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (20.1 fil-mija) u l-Attivitajiet tas-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali (9.9 fil-mija).

Tabella nru 2. Il-produzzjoni, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG f’termini reali

Q4 2023Q1 2024Q2 2024Q3 2024Q4 2024
Gross value addedp.p.5.65.84.83.00.9
   Agriculture and fishing1p.p.0.50.10.5-1.0-1.2
   Industryp.p.1.00.60.41.20.4
   Servicesp.p.4.15.03.92.81.7
Taxes less subsidies on productsp.p.0.72.63.31.91.9

Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Il-PDG mill-aspett tan-nefqa

Il-PDG jiġi kkalkulat ukoll billi jingħaddu flimkien in-Nefqa fuq il-konsum finali, il-Formazzjoni ta’ kapital gross, u l-Esportazzjoni netta.

Id-domanda domestika kellha sehem pożittiv taʼ 2.3 punti perċentwali fuq ir-rata tat-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali meta mqabbla mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Id-domanda esterna kellha sehem pożittiv taʼ 0.4 punti perċentwali.

Fir-rabaʼ kwart tal-2024, in-Nefqa fuq il-konsum finali kibret bʼ6.4 fil-mija fʼtermini reali. Dan kien dovut l-aktar għaż-żidiet taʼ 4.1 fil-mija u taʼ 12.5 fil-mija fin-Nefqa fuq il-konsum finali privat u fin-Nefqa fuq il-konsum finali tal-Gvern Ġenerali, rispettivament.

Fʼtermini reali, il-Formazzjoni taʼ kapital fiss gross naqset bʼ9.3 fil-mija.

L-esportazzjoni u l-importazzjoni tal-merkanzija u tas-servizzi żdiedu bi 3.9 fil-mija u bʼ4.0 fil-mija, rispettivament.

Tabella nru 3. In-nefqa, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini reali

Q4 2023Q1 2024Q2 2024Q3 2024Q4 2024
Final consumption expenditurep.p.6.64.33.73.54.2
   Privatep.p.5.24.02.82.12.0
   Governmentp.p.1.40.20.91.42.2
Gross capital formationp.p.-6.11.41.11.3-1.9
   Fixed assetsp.p.-6.11.41.11.3-1.9
   Inventories and valuablesp.p.0.00.00.00.00.0
Exports of goods and servicesp.p.9.29.97.34.84.8
Imports of goods and servicesp.p.3.47.23.94.74.4

Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Il-PDG mill-aspett tad-dħul

It-tielet mod kif jiġi kkalkulat il-PDG huwa permezz tad-dħul, li juri kif il-PDG ikun imqassam bejn il-Kumpens tal-impjegati, il-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u t-Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni wara t-tnaqqis tas-sussidji.

Meta mqabbla mar-rabaʼ kwart tal-2023, iż-żieda taʼ €301.6 miljun fil-PDG fʼtermini nominali kienet magħmula miż-żieda taʼ €297.6 miljun fil-Kumpens tal-impjegati, miż-żieda taʼ €9.2 miljuni fil-Qligħ mill-operat tal-intrapriżi u l-Introjtu mħallat gross, u mit-tnaqqis taʼ €5.2 miljuni fʼTaxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Tabella nru 4. Id-dħul, is-sehem fit-tkabbir tal-PDG fʼtermini nominali

Q4 2023Q1 2024Q2 2024Q3 2024Q4 2024
Compensation of employeesp.p.3.04.74.14.25.6
   Agriculture and fishingp.p.0.00.00.00.00.0
   Industryp.p.0.40.50.40.40.4
   Servicesp.p.2.54.23.63.85.2
Gross operating surplus and mixed incomep.p.7.56.04.23.90.2
Taxes less subsidies on productionp.p.0.72.03.3-0.1-0.1

Nota: Il-kontribuzzjonijiet jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.

Id-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)

Il-DNG huwa kejl differenti mill-PDG minħabba dħul barrani nett relatat mal-Kumpens tal-impjegati, Introjtu mill-proprjetà u Taxxi netti fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.

Meta jkunu kkunsidrati l-effetti tal-introjtu u t-taxxa mħallsa u rċevuta mir-residenti lejn u mill-bqija tad-dinja, id-DNG f’termini nominali għar-raba’ kwart tal-2024 huwa stmat li ammonta għal €4.8 biljuni.

1 Il-proċess li jwassal għal figuri f’termini reali fuq livell settorjali, f’każijiet fejn in-numri jkunu negattivi, jista’ juri xejriet erratiċi.  Għaldaqstant, f’każijiet bħal dawn tinħadem biss il-kontribuzzjoni għat-tkabbir tal-PDG.

Methodological Notes

1. The chain-linked volume indices have been re-referenced to 2020=100 (Tables 6 and 8).

 
2. Data in this news release is unadjusted. Seasonally adjusted data is available in the table (namq_10_gdp) accessible here.
 
3. Data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States. The accounts are subject to audit by the European Court of Auditors and Eurostat’s GNI Committee to ensure reliability, comparability and exhaustiveness.
 
4. Gross Domestic Product (GDP) is an estimate of the value of goods and services at market prices produced in the economy over a period of time. The GDP is estimated in nominal terms using the production approach, aggregating the output of the various productive sectors net of the cost of intermediate inputs. The expenditure approach is reconciled with the production approach both in nominal and volume terms. GDP in volume terms excludes the effects of price inflation on market prices. The income approach shows how GDP is distributed into compensation of employees, operating surplus of enterprises and taxes on production and imports net of subsidies.
 
5. Data in this news release should be considered as provisional for 2020 to date.
 
6. Data users must be aware that the industrial activities of General government are spread over 21 different NACE categories (at A88 division) and include local councils and extra-budgetary units that are financially dependent on the government. Public administration and defence; compulsory social security (NACE 84) is the largest category in terms of gross value added.
 

7. The ESA 2010 GNI Inventory provides a detailed explanation of sources and methods used for estimating GNI in Malta. It is the basis for the Eurostat assessment of the quality and exhaustiveness of GNI data and their compliance with ESA 2010 in the context of the GNI for own resources purposes. The Inventory is a reference document that is kept up-to-date to reflect the latest methodology in place. The GNI Inventory is available online.

 
8. More information relating to this news release may be accessed at:
 

9. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain

10.  A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K4/2024  

NR 035/2025
Data tal-Ħruġ: 27 taʼ Frar 2025
Data tal-Għeluq: 21 taʼ Frar 2025

Gross Domestic Product: Q1/2023
  • Fir-K4 2024, il-Prodott Domestiku Gross (PDG) kiber bi 2.8 fil-mija f’termini reali.
  • Id-domanda domestika kkontribwiet bʼmod pożittiv għat-tkabbir tal-PDG (2.3 punti perċentwali).
  • Il-kummerċ barrani kellu kontribut pożittiv għat-tkabbir tal-PDG f’termini reali (0.4 punti perċentwali).
  • Id-deflatur tal-PDG telaʼ bi 2.8 fil-mija meta mqabbel maʼ K4 2023.

Il-Prodott Domestiku Gross (PDG): K4/2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content