L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2024

Meta mqabblin mas-sena ta’ qabel, il-libreriji pubbliċi fid-distretti tan-Nofsinhar tal-Port u tal-Punent irreġistraw l-akbar żidiet fis-self tal-kotba, bir-rati ta’ 3.1 fil-mija u 6.3 fil-mija rispettivament. FʼGħawdex, il-biċċa l-kbira tas-self kien irreġistrat fil-librerija pubblika tar-Rabat bi 28,471. Wara din, kien hemm il-librerija pubblika tan-Nadur b’24,225 selfa (Tabella nru 3).
Il-librerija tal-Fgura kellha ħafna miż-żieda fis-self tal-kotba fost il-libreriji tad-distrett tan-Nofsinhar tal-Port, b’tali mod li kellha aktar minn nofs iż-żieda f’dan id-distrett fl-aħħar sena. B’riferenza għad-distrett tal-Punent, il-libreriji pubbliċi taʼ Ħ’Attard u s-Siġġiewi rreġistraw il-biċċa l-kbira tas-self bir-rati taʼ 42.3 fil-mija u 16.3 fil-mija tal-għadd kollu fid-distrett, rispettivament. (Tabella nru 3).
Min-naħa l-oħra, il-libreriji pubbliċi tad-distrett tat-Tramuntana tal-Port u tad-distrett tax-Xlokk irreġistraw tnaqqis ta’ 16.8 fil-mija u 3.8 fil-mija fis-self tal-kotba. Meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, l-akbar tnaqqis fis-self tal-kotba mil-libreriji pubbliċi tad-distrett tat-Tramuntana tal-Port kien irreġistrat fʼBirkirkara bʼ21.9 fil-mija. Min-naħa l-oħra, fl-istess distrett kienu rreġistrati żidiet ta’ 20.8 u 14.5 fil-mija fis-self mil-libreriji pubbliċi ta’ San Ġwann u Pembroke rispettivament. Bʼriferenza għad-distrett tax-Xlokk, l-akbar tnaqqisiet fis-self kienu rreġistrati fil-lokalitajiet taż-Żejtun u ż-Żurrieq, bir-rati taʼ 26.2 u 17.8 fil-mija rispettivament (Tabella nru 3).
Fl-2024, il-libreriji pubbliċi kisbu 42,849 ktieb, li hija żieda ta’ 7.4 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-ksib tal-kotba permezz tax-xiri, li żdiedu bʼ1,222. Warajhom, kien hemm id-donazzjonijiet tal-kotba stampati, li żdiedu bi 899 u l-ksib tal-kotba diġitali, li żdiedu bi 847 (Tabella nru 1).
Fl-2024, il-membri ġodda tal-libreriji pubbliċi laħqu s-7,954, liema ċifra hija tnaqqis ta’ 2.9 fil-mija meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Bl-istess mod, is-sehem ta’ persuni ta’ 18-il sena ’l fuq fost il-membri ġodda tal-libreriji niżel minn 46.3 għal 42.6 fil-mija (Tabella nru 2).
L-għadd ta’ kotba u rivisti li waslu għand il-Librerija Nazzjonali ta’ Malta b’depożitu legali laħaq l-1,180, li huwa żieda ta’ 10.1 fil-mija meta mqabbel mal-2023. Bħas-snin li għaddew, l-għadd ta’ kotba qabeż l-għadd ta’ rivisti (Tabella nru 4).
L-istatistika tal-kummerċ internazzjonali għas-sena 2024 uriet li kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta’ materjal stampat ta’ kotba u rivisti naqsu. L-importazzjoni naqset bi 8.2 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 19.3 fil-mija (Tabella nru 5). Fl-istess ħin, id-data tal-Kontijiet Nazzjonali wriet li n-nefqa totali tal-konsum finali privat fuq il-kotba żdiedet bʼ6.1 fil-mija, filwaqt li l-gazzetti u r-rivisti naqsu bʼ5.0 fil-mija (Tabella nru 6).
Ċart nru 1. Il-ksib u s-self tal-kotba
Ċart nru 2. Il-membri ġodda tal-libreriji
No Data Found
Ċart nru 3. Is-sħubiji l-ġodda fil-libreriji bil-kategorija (%)
No Data Found
Nota: ‘Oħrajn’ tinkludi Mistednin, Membri tal-istaff, Għalliema u Studenti fl-edukazzjoni postsekondarja.
L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2024

- Is-self kollu tal-kotba laħaq is-710,399, li huwa żieda ta’ 24,930 jew 3.6 fil-mija, fuq is-sena taʼ qabel.
- Il-libreriji pubbliċi fid-distretti tan-Nofsinhar tal-Port u tal-Punent irreġistraw l-akbar żidiet fis-self tal-kotba, bi 3.1 fil-mija u bʼ6.3 fil-mija rispettivament.
- Fl-2024, il-membri ġodda tal-libreriji pubbliċi laħqu s-7,954, li huma tnaqqis ta’ 2.9 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel.
L-Istatistika dwar il-Libreriji: 2024
Additional Tables and Charts
Tables
Methodological Notes
1. Malta Libraries is the public entity which took over the functions of the Libraries Department in 2011. It is responsible for the Malta and Gozo National Libraries, the Central Public Library, the Regional Libraries, the Branch Libraries and the Gozo Public Libraries.
2. With reference to Table 2, from 2019 the new members in the Intermediate 14-17 age group are calculated by taking into account the enrolment of secondary school students as part of the migration process of school libraries onto the Malta Libraries platform.
3. In Table 5, goods are classified according to the Harmonised System division codes:
● 4901 – Printed books, brochures, leaflets and similar printed matter, whether or not in single sheets.
● 4902 – Newspapers, journals and periodicals, whether or not illustrated or containing advertising material.
4. In Table 6, ‘Miscellaneous printed matter’ includes:
● catalogues and advertising material;
● posters, plain or picture postcards, calendars;
● greeting cards and visiting cards, announcement and message cards;
● maps and globes.
and excludes:
● pre-franked postcards and aerogrammes;
● stamp albums.
5. A detailed news release calendar is available online.