L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2024

Fl-2024, kien hemm sitt stabbilimenti taċ-ċinema li kellhom b’kollox 23 skrin u kapaċità ta’ 3,884 post bilqiegħda (Tabelli nri 1 u 2). Minn dawn is-sitt ċinemas, tnejn jinsabu f’Għawdex.
Is-sena li għaddiet kienu murija b’kollox 391 titlu ta’ film fi 30,838 wirja, u għaldaqstant dan jammonta għal medja ta’ 79 wirja għal kull film. Għall-wiri ta’ dawn il-films, is-swali taċ-ċinemas irreġistraw udjenza ta’ 555,858. Il-produzzjonijiet Maltin, li ħafna minnhom kienu tax-xorta tal-films qosra aktar milli ta’ films prinċipali, kellhom 8,279 entratura b’total ta’ dħul gross li laħaq is-€66,143 fʼ174 wirja. Min-naħa l-oħra, produzzjonijiet barranin, li minbarra l-films tradizzjonali kienu jinkludu wkoll iċ-ċinema tal-avvenimenti, kellhom 547,579 entratura b’total ta’ dħul gross li ammonta għal €4,586,658 fi 30,664 wirja (Tabella nru 4a).
Matul l-2024, l-udjenzi taċ-ċinema kellhom għażla ta’ 391 titlu differenti ta’ films, li l-biċċa l-kbira tagħhom kienu films taʼ finzjoni. Dawn il-films ġibdu lejhom 58.2 fil-mija tal-entraturi kollha (Tabella nru 8).
L-aktar films popolari kienu ‘Inside Out 2’, ‘Gladiator II’ u ‘Despicable Me 4’, li rreġistraw 7.1 fil-mija, 6.2 fil-mija u 6.0 fil-mija tal-entraturi kollha, rispettivament (Tabella nru 9).
Il-biċċa l-kbira tal-films murija fiċ-ċinemas kienu kklassifikati bħala “12A” u “15” fʼtermini tal-klassifikazzjoni tal-età. Fil-fatt, 38.9 fil-mija tal-films ipprojettati fl-2024 kienu kklassifikati bħala “12A”, filwaqt li 29.7 fil-mija kienu kklassifikati bħala “15”. Min-naħa l-oħra, 3.8 fil-mija biss tal-projezzjonijiet kienu kklassifikati bħala “18” (Tabella nru 10).
Fl-2024, 53.5 fil-mija tal-films murija damu bejn 76 u 120 minuta (Tabella nru 11). Il-wirjiet tal-tip “Live/Encore”, inklużi opri, balletti, u teatru, kellhom l-itwal ħin b’medja ta’ 168 minuta. Min-naħa l-oħra, il-films taʼ animazzjoni kellhom l-iqsar ħin ta’ dewmien bʼmedja ta’ 79 minuta (Ċart nru 2).
Is-sena l-oħra, iċ-ċinemas kienu qegħdin iħaddmu medja ta’ 105 persuni, li l-maġġoranza tagħhom kienu mqabbda fuq bażi part-time (Tabella nru 12).
Ċart nru 1. Il-projezzjonijiet bil-pajjiż li minnu jkun oriġina l-film
per cent
No Data Found
Ċart nru 2. Tul ta’ ħin medju bit-tip ta’ film
No Data Found
L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2024

- L-għadd ta stabbilimenti taċ-ċinema kienu sitta, li kellhom b’kollox 23 skrin, filwaqt li d-dħul gross mill-bejgħ tal-biljetti laħaq l-€4,652,800.
- L-aktar films popolari kienu ‘Inside Out 2’, ‘Gladiator II’ u ‘Despicable Me 4’, li rreġistraw 7.1 fil-mija, 6.2 fil-mija u 6.0 fil-mija tal-entraturi kollha, rispettivament.
- Il-produzzjonijiet Maltin, li ħafna minnhom kienu tax-xorta tal-films qosra aktar milli ta’ films prinċipali, kellhom 8,279 entratura b’total ta’ dħul gross mill-biljetti li laħaq is-€66,143.
- Bħala medja, il-maġġoranza tal-films damu bejn 76 u 120 minuta. Dawn iġibu 53.5 fil-mija tal-films murija fl-2024. Il-wirjiet tat-tip “Live/Encore”, inklużi opri, balletti, u teatru, kellhom l-itwal ħin mit-tipi kollha taʼ wirjiet murija fiċ-ċinemas.
- Il-wiri tal-films taʼ ‘Finzjoni (mhux Animazzjoni)’ laħaq is-66.3 fil-mija fost il-ġeneri kollha murija fiċ-ċinema bħala films ġodda.
L-Istatistika taċ-Ċinemas: 2024
Tables
Tables
Methodological Notes
1. A cinema establishment is defined as a fixed commercial business installation primarily engaged in the commercial projection of cinematographic audio-visual works (in 35mm and/or digital format using a minimum of 1.3K resolution), through a regular film programming schedule and ticketing system.
2. Information in this news release was obtained through a survey carried out among all active cinema establishments in Malta and Gozo during the reference year 2024.
3. In this survey:
● a film title refers to a single film that is screened across the various cinema establishments;
● a film show, also includes feature films; short films; opera, ballet and theatre performances broadcasted from foreign theatres; music concerts broadcasted from abroad; and art exhibitions on screen etc.;
● a screening refers to the number of times a film title is shown in the Maltese Islands irrespective of the cinema establishment which projects it.
4. Film details were verified with the Europa Cinemas and IMDB websites.
5. The survey is dependent on the information provided to the NSO by respondents. While every effort has been made to minimise the extent of under-reporting, the NSO is not responsible for inaccuracies that may emerge as a result of such under-reporting.
6. Totals may not add up due to rounding.
7. The data in this release should be considered as final, although minor revisions may be necessary subject to further provision of data.
8. A detailed news release calendar is available online.
9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
10. For further assistance send your request through our online request form.