Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April 2025

- FʼApril 2025, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €401.3 miljun.
- FʼApril 2025, l-importazzjoni żdiedet bʼ€10.2 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ€26.8 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-ewwel erbaʼ xhur tal-2025, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet l-€1,575.1 miljun (60.4 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Matul Jannar-April 2025, iż-żieda ewliena fl-importazzjoni kienet mill-Portugall, filwaqt li t-tnaqqisa ewliena kienet minn Spanja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewliena fl-esportazzjoni kienet lejn it-Turkija, filwaqt li t-tnaqqisa ewliena kienet lejn l-Istati Uniti.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April 2025
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April 2025

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: April 2025
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼApril 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €401.3 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €364.2 miljun taʼ April 2024. L-importazzjoni ammontat għal €721.0 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €319.7-il miljun. Dan juri żieda taʼ €10.2 miljuni fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €26.8 miljun fl-esportazzjoni fuq April 2024 (Tabella nru 1).
Iż-żieda fl-importazzjoni kienet ġejja l-aktar mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€28.4 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni tal-oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€12.3-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien deher fl-oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€18.0-il miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€17.8-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Kimika (€6.8 miljuni) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-April 2025
Fl-ewwel erbaʼ xhur tas-sena, id-defiċit naqas bi €33.6 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u kien taʼ €1,193.7 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €2,609.5 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€1,415.9-il miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €179.2 miljun u €145.6 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€110.6 miljuni) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€84.8 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€157.0 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (60.4 fil-mija) u mill-Asja (21.3 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (36.5 fil-mija) u l-Asja (13.5 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Portugall (€121.7 miljun), filwaqt li l-importazzjoni minn Spanja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€88.4 miljun). L-esportazzjoni lejn it-Turkija rreġistrat l-akbar żieda (€73.3 miljun), filwaqt li dik lejn l-Istati Uniti kellha l-akbar tnaqqis (€124.6 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: April 2025
FʼApril, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €261.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €234.8 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €473.4 miljun u €212.1-il miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 1.0 fil-mija fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ 9.4 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-April 2025
Fl-ewwel erbaʼ xhur tal-2025, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bʼ€29.7 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq id-€961.7 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ0.7 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ1.9 fil-mija sabiex laħqu l-€1,844.4 miljun u t-€882.7 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
April 2025
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
April 2025
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.