Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Awwissu 2024

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Awwissu 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼAwwissu 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €362.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €598.9 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €787.0 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €424.8 miljun. Dan juri tnaqqis taʼ €165.8 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €70.9 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fl-importazzjoni kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€178.6 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żieda ewliena kienet irreġistrata fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€72.4 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Awwissu 2024
Fl-ewwel tmien xhur tas-sena, id-defiċit ċkien bʼ€241.4 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel u kien taʼ €2,879.3 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €6,058.1 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet it-€3,178.8 miljun. Dan fisser żidiet taʼ €81.2 miljun u €322.5 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€413.3-il miljun) u l-Kimika (€87.3 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€283.5 miljun), l-Oġġetti semi-manifatturati (€53.5 miljun) u l-Ikel (€41.3 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€284.8 miljun) u l-Kimika (€50.7 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (55.4 fil-mija) u mill-Asja (21.5 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (36.7 fil-mija) u l-Asja (11.0 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mit-Turkija (€98.9 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Ġermanja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€230.7 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€139.0 miljun), filwaqt li dik lejn il-Ġermanja kellha l-akbar tnaqqis (€43.6 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Awwissu 2024
FʼAwwissu, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €158.6 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €210.2 miljuni li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €394.5 miljun u €235.9 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 10.9 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 1.6 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Awwissu 2024
Fl-ewwel tmien xhur tal-2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bi €18.4-il miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€1,755.3 miljun. L-importazzjoni u l-esportazzjoni naqsu bʼ0.4 fil-mija u bʼ1.8 fil-mija sabiex laħqu €3,611.3-il miljun u €1,856.0 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Awwissu 2024
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Awwissu 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Awwissu 2024

- FʼAwwissu 2024, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €362.2 miljun.
- FʼAwwissu 2024, l-importazzjoni naqset bʼ€165.8 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bʼ€70.9 miljun.
- Fl-ewwel tmien xhur tal-2024, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet it-€3,355.9 miljun (55.4 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Awwissu 2024 irreġistrat żieda ewlenija mit-Turkija (€98.9 miljun) u tnaqqis ewlieni mill-Ġermanja (€230.7 miljun).
- Minn-naħa l-oħra, fl-ewwel tmien xhur tal-2024, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn l-Istati Uniti (€139.0 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn il-Ġermanja (€43.6 miljun).