Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Diċembru 2024

- FʼDiċembru 2024, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €341.9 miljun.
- FʼDiċembru 2024, l-importazzjoni żdiedet bʼ€79.3 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ€26.7 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
- Fl-2024, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet il-€5,643.6 miljun (57.9 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-2024 irreġistrat żieda ewlenija minn Franza (€500.9 miljun) u tnaqqis ewlieni mill-Ġermanja (€240.1 miljun), meta mqabbla mal-2023.
- Min-naħa l-oħra, fl-2024, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn l-Istati Uniti (€146.0 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn il-Ġermanja (€82.3 miljun), meta mqabbla mal-2023.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Diċembru 2024
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Diċembru 2024

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Diċembru 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼDiċembru 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €341.9 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €235.9 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €728.9 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €387.0 miljun. Dan juri żieda taʼ €79.3 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €26.7 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Iż-żieda fl-importazzjoni kienet ġejja l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€27.2 miljun), il-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€22.9 miljun) u t-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€12.3-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fl-Ikel (€26.4 miljun), u l-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€21.1 miljun). Min-naħa l-oħra, kienet irreġistrata żieda fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€17.5-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Diċembru 2024
Matul l-2024, id-defiċit kiber bʼ€536.3 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel u kien taʼ €4,634.2 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €9,743.5 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet il-€5,109.3 miljun. Dan fisser żidiet taʼ €980.6 miljun u €444.3 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€656.9 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€317.4-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żieda ewliena kienet fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€296.9 miljun), fil-Kimika (€80.0 miljun), u fit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€53.1 miljun).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull tliet xhur
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (57.9 fil-mija) u mill-Asja (21.7 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (34.0 fil-mija) u l-Asja (14.9 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet minn Franza (€500.9 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Ġermanja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€240.1 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€146.0 miljun), filwaqt li dik lejn il-Ġermanja kellha l-akbar tnaqqis (€82.3 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Diċembru 2024
FʼDiċembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €109.1 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €104.2 miljuni li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €386.9 miljun u €277.7 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 0.1 fil-mija fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ 1.6 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Diċembru 2024
Matul 2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bʼ€125.1 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€2,297.5 miljun. L-importazzjoni naqset bʼ0.8 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bi 2.7 fil-mija sabiex laħqu l-€5,441.9 miljun u t-€3,144.4 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull tliet xhur
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Diċembru 2024
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Diċembru 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.