Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Frar 2025

- Fi Frar 2025, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €183.5 miljun.
- Matul Frar 2025, l-importazzjoni naqset bʼ€142.1 miljun u l-esportazzjoni naqset bʼ€127.2 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-ewwel xahrejn tal-2025, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet is-€662.8 miljun (55.0 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Matul Jannar u Frar 2025, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewliena mill-Arabja Sawdija u tnaqqis ewlien minn Spanja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewliena fl-esportazzjoni kienet lejn it-Turkija, filwaqt li t-tnaqqis ewlien kien lejn l-Istati Uniti.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Frar 2025
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Frar 2025

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Frar 2025
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fi Frar 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €183.5 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €198.3 miljuni taʼ Frar 2024. L-importazzjoni ammontat għal €534.6 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €351.1 miljun. Dan juri tnaqqis taʼ €142.1 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €127.2 miljun fl-esportazzjoni fuq Frar 2024 (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€100.1 miljun), il-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€56.4 miljun) u l-Ikel (€14.8-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Kimika (€28.6 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien deher fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€140.2 miljun), filwaqt li żdiedet l-esportazzjoni tat-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€24.3 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Frar 2025
Fl-ewwel xahrejn tas-sena, id-defiċit naqas bʼ16.2-il miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u kien taʼ €486.0 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €1,204.8 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet is-€718.8-il miljun. Dan fisser tnaqqis taʼ €134.3 miljun u €118.1-il miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€135.0 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€161.3 miljun), filwaqt li ż-żieda ewliena kienet fit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€27.4 miljun) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€15.8-il miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (55.0 fil-mija) u mill-Asja (25.2 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (34.2 fil-mija) u l-Asja (15.1 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Arabja Sawdija (€42.2 miljun), filwaqt li l-importazzjoni minn Spanja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€58.4 miljun). L-esportazzjoni lejn it-Turkija rreġistrat l-akbar żieda (€61.6 miljun), filwaqt li dik lejn l-Istati Uniti kellha l-akbar tnaqqis (€128.6 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Frar 2025
Fi Frar, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €173.0 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €221.0 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €409.9 miljuni u €236.9 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 10.0 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 1.0 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Frar 2025
Fl-ewwel xahrejn tal-2025, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bʼ€60.6 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq it-€399.4 miljun. L-importazzjoni naqset bʼ6.9 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ0.3 fil-mija sabiex laħqu t-€832.7 miljun u l-€433.3 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Xahar taʼ riferenza: Frar 2025
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Xahar taʼ riferenza: Frar 2025
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.