Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar tal-2024

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar tal-2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼJannar tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €277.4 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €272.3 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €634.2 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €356.8 miljun. Dan juri tnaqqisiet taʼ €23.3 miljun u €28.5 miljun fl-importazzjoni u l-esportazzjoni, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fl-importazzjoni kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€18.8-il miljun), fl-Oġġetti semi-manifatturati (€13.3-il miljun) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€9.5 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm żidiet fl-Ikel (€8.9 miljuni) u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€7.8 miljuni). Fl-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu rreġistrati fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€20.2 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€13.5-il miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (53.1 fil-mija) u mill-Asja (23.8 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (35.1 fil-mija) u l-Asja (11.5 fil-mija). L-akbar żieda ġiet minn Trinidad u Tobago (€25.6 miljun), mentri l-importazzjoni mill-Alġerija rreġistrat l-akbar tnaqqis (€33.0 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€3.6 miljuni), mentri dik lejn il-Korea tʼIsfel kellha l-akbar tnaqqis (€7.9 miljuni) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar tal-2024
FʼJannar, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €207.3 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €170.7 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €416.4-il miljun u €209.1 miljuni, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqisiet taʼ 0.5 fil-mija fl-ewwel waħda u 15.7 fil-mija fit-tieni waħda meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Jannar 2024
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Jannar 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
16. A detailed news release calendar is available online.
17. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
18. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar tal-2024

- FʼJannar tal-2024, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €277.4 miljun.
- FʼJannar tal-2024, l-importazzjoni u l-esportazzjoni naqsu bi €23.3 miljun u bi €28.5 miljun, rispettivament, fuq l-istess xahar sena qabel.
- FʼJannar tal-2024, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet it-€336.9 miljun (53.1 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-Jannar tal-2024 irreġistrat żieda ewlenija minn Trinidad u Tobago (€25.6 miljun) u tnaqqis ewlieni mill-Alġerija (€33.0 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fʼJannar tal-2024, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn l-Istati Uniti (€3.6 miljuni), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn il-Korea tʼIsfel (€7.9 miljuni).