Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Lulju 2024

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Lulju 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼLulju 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €502.1 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €456.6 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €894.6 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €392.5 miljun. Dan juri żidiet taʼ €51.2 miljun u €5.7 miljuni fl-importazzjoni u l-esportazzjoni, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Iż-żieda ewliena fl-importazzjoni kienet fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€103.0 miljuni), filwaqt li kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€34.0 miljun) u l-Ikel (€18.1-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu rreġistrati fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€42.2 miljun), l-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€18.6-il miljun) u l-Ikel (€10.4 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-esportazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€74.4 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Lulju 2024
Fl-ewwel sebaʼ xhur tas-sena, id-defiċit ċkien bʼ€61.8 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel u kien taʼ €2,456.5 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €5,167.8 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€2,711.3-il miljun. Dan fisser żidiet taʼ €147.1 miljun u €208.9 miljuni, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€314.1-il miljun) u l-Kimika (€71.4 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€116.5-il miljun), l-Oġġetti semi-manifatturati (€54.6 miljun) u l-Ikel (€40.3 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€181.9 miljun), il-Kimika (€32.0 miljun) u l-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€20.0 miljun). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€14.4-il miljun) u l-Ikel (€8.1 miljuni) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (54.6 fil-mija) u mill-Asja (22.2 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (35.0 fil-mija) u l-Asja (11.2 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mit-Turkija (€94.8 miljun), filwaqt li l-importazzjoni minn Franza rreġistrat l-akbar tnaqqis (€129.8 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€141.7 miljun), filwaqt li dik lejn il-Kroazja kellha l-akbar tnaqqis (€57.0 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Lulju 2024
FʼLulju, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €249.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €284.5 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €496.1 miljun u €246.7 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 2.8 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 9.2 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Lulju 2024
Fl-ewwel sebaʼ xhur tal-2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bʼ€57.7 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€1,580.9 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ0.3 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 3.0 fil-mija sabiex laħqu €3,188.9 miljun u €1,608.0 miljuni, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Lulju 2024
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Lulju 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Lulju 2024

- FʼLulju 2024, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €502.1 miljuni.
- FʼLulju 2024, l-importazzjoni żdiedet bʼ€51.2 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bʼ€5.7 miljuni, meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
- Fl-ewwel sebaʼ xhur tal-2024, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet l-€2,823.2 miljun (54.6 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Lulju 2024 irreġistrat żieda ewlenija mit-Turkija (€94.8 miljun) u tnaqqis ewlieni minn Franza (€129.8 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel sebaʼ xhur tal-2024, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn l-Istati Uniti (€141.7 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn il-Kroazja (€57.0 miljun).