Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Mejju 2024

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Mejju 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMejju 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €369.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €391.9 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €783.4 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €414.3-il miljun. Dan juri żieda taʼ €20.2 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €42.9 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Iż-żieda ewliena fl-importazzjoni kienet fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€72.8 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€23.8 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni tal-Ikel (€30.1 miljun) u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€27.2 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żieda ewliena kienet irreġistrata fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€55.3 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Mejju 2024
Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, id-defiċit ċkien bʼ€64.9 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel sabiex laħaq l-€1,573.9 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €3,483.6 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€1,909.6 miljuni. Dan fisser żidiet taʼ €74.8 miljun u €139.8 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€173.0 miljun) u fil-Kimika (€26.0 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni taʼ Oġġetti semi-manifatturati (€59.1 miljun) u tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€29.9 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€96.0 miljun) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€89.3 miljun). Min-naħa l-oħra kien irreġistrat tnaqqis fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€31.8 miljun) u fl-Ikel (€22.2 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (57.2 fil-mija) u mill-Asja (20.8 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni kienet mibgħuta l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (36.3 fil-mija) u l-Asja (11.3 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Italja (€113.0-il miljun), filwaqt li l-importazzjoni mir-Renju Unit irreġistrat l-akbar tnaqqis (€120.8 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€138.2 miljun), filwaqt li dik lejn il-Ġermanja kellha l-akbar tnaqqis (€12.4-il miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Mejju 2024
FʼMejju, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €185.9 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €247.4 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €421.7 miljun u €235.8 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 14.5 fil-mija fl-ewwel waħda u tnaqqis taʼ 4.0 fil-mija fit-tieni waħda fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Mejju 2024
Fl-ewwel ħames xhur tal-2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€70.3 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€1,062.3 miljun. L-importazzjoni u l-esportazzjoni naqsu bʼ0.3 fil-mija u bʼ6.4 fil-mija u ammontaw għal €2,184.9 miljun u €1,122.7 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Mejju 2024
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Mejju 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Mejju 2024

- FʼMejju 2024, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €369.1 miljun.
- FʼMejju 2024, l-importazzjoni u l-esportazzjoni żdiedu bʼ€20.2 miljun u bi €42.9 miljun, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-ewwel ħames xhur tal-2024, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet l-€1,991.2 miljun (57.2 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Mejju 2024 irreġistrat żieda ewliena mil-Italja (€113.0-il miljun) u tnaqqisa ewliena mir-Renju Unit (€120.8 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel ħames xhur tal-2024, iż-żieda ewliena fl-esportazzjoni kienet lejn l-Istati Uniti (€138.2 miljun), mentri t-tnaqqisa ewliena kienet lejn il-Ġermanja (€12.4-il miljun).