Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: April tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼApril tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €480.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €360.4 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €776.6 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet il-€296.6 miljun. Dan juri żieda taʼ €88.7 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €30.9 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Iż-żieda ewlenija fil-valur tal-importazzjoni kienet fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€52.5 miljun), filwaqt li t-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€28.4 miljun). (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-April tal-2023
Fl-ewwel erbaʼ xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija twessaʼ bʼ€194.7 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq l-€1,174.0 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ€154.0 miljun, mentri l-esportazzjoni naqset bʼ€40.7 miljun sabiex ammontaw għal €2,551.4 miljun u €1,377.4 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żidiet fl-importazzjoni dehru l-aktar fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€89.4 miljun), fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€24.1 miljun), fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€22.9 miljun), fl-Oġġetti semi-manifatturati (€22.7 miljun), u fl-Ikel (€22.2 miljun). Min-naħa tagħhom, dawn kienu parzjalment ikkompensati bi tnaqqis fil-Kimika (€28.7 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€65.2 miljun), u fil-Kimika (€35.8 miljun) li min-naħa tagħhom kienu parzjalment ikkompensati bʼżieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€50.6 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (48.8 fil-mija) u mill-Asja (22.5 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (36.6 fil-mija) u l-Asja (16.0 fil-mija). Iż-żieda u t-tnaqqis ewlenin fl-importazzjoni kienu rreġistrati minn Franza (€102.2 miljuni) u mill-Greċja (€96.4 miljun), rispettivament. L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€148.0 miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€91.7 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: April tal-2023
FʼApril, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €204.4 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €161.7 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €414.5 miljun u €210.1 miljuni, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 11.2 fil-mija fl-ewwel waħda u tnaqqis taʼ 0.5 fil-mija fit-tieni waħda meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-April tal-2023
Fl-ewwel erbaʼ xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€131.9 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq is-€666.4 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bi 11.1 fil-mija u bi 3.2 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €1,615.9 miljun u €949.5 miljun (Tabella nru 1).
Ċart 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Ċart 4. It-tqassim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
April 2023
No Data Found
Ċart 5. It-tqassim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
April 2023
No Data Found
Additional Tables and Charts
Methodological Notes
- The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 131 of 2004, and
- The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.

- FʼApril tal-2023, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €480.1 miljun.
- FʼApril tal-2023, l-importazzjoni żdiedet bi €88.7 miljun u l-esportazzjoni naqset bi €30.9 miljun.
- Fl-ewwel erbaʼ xhur tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet €1,245.1 miljun (48.8 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-April 2023 irreġistrat żieda ewlenija minn Franza (€102.2 miljuni) u tnaqqis ewlieni mill-Greċja (€96.4 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel erbaʼ xhur tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€148.0 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€91.7 miljun).