Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Marzu tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMarzu tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €188.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €237.1 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €537.5 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet it-€349.2 miljun. Dan juri tnaqqis kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni taʼ €50.3 miljun u €1.5 miljun, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fil-valur tal-importazzjoni kien fil-Makkinarju u t-Tagħmir tat-Trasport (€79.1 miljun), li kien sa ċertu punt ikkompensat bʼżidiet fl-Ikel (€20.2 miljun), u l-Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (€13.8-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fil-Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (€24.4 miljun), u fil-Kimika (€15.2-il miljun), li kienu sa ċertu punt ikkompensati bʼżidiet fl-Ikel (€20.7 miljun), u Oġġetti Mixxellanji tal-Manifattura (€15.1-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Marzu tal-2023
Fl-ewwel tliet xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija twessaʼ bʼ€106.8 miljuni meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq is-€722.4 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ€89.1 miljun, mentri l-esportazzjoni naqset bi €17.7-il miljun sabiex ammontaw għal €1,794.6 miljun u €1,072.2 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żidiet fl-importazzjoni dehru l-aktar fl-Ikel (€37.8 miljun), fl-Oġġetti Mixxellanji tal-Manifattura (€17.1-il miljun), u fil-Kimika (€17.0-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu rreġistrati fil-Kimika (€43.8 miljun), u fil-Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (€36.8 miljun), li min-naħa tagħhom kienu parzjalment ikkompensati bʼżieda fil-Makkinarju u t-Tagħmir tat-Trasport (€50.9 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart 1. Il-Kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ Kull Tliet Xhur
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (51.6 fil-mija) u mill-Asja (22.9 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (35.7 fil-mija) u l-Asja (22.9 fil-mija). Iż-żieda u t-tnaqqis ewlenin fl-importazzjoni kienu rreġistrati mar-Renju Unit (€70.3 miljun) u l-Iżrael (€24.1 miljun), rispettivament. L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€118.9-il miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€66.8 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Marzu tal-2023
FʼMarzu, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €145.5 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €142.6 miljun li kienu rreġistrati fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €401.4 miljun u €255.9 miljun, rispettivament, u bʼhekk urew żidiet taʼ 7.3 fil-mija u 10.5 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Marzu tal-2023
Fl-ewwel tliet xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€121.2 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq l-€490.6 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bi 13.4 fil-mija u bi 3.2 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €1,221.4 miljun u €730.8 miljun (Tabella nru 1).
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Chart 2. Trade in Goods excluding specific chapters1 - Quarterly
No Data Found
Chart 3. Percentage change of Trade in Goods
Over the corresponding month of the previous year
No Data Found
Chart 4. Percentage distribution of total Trade in Goods by major commodity group
March 2023
No Data Found
Chart 5. Percentage distribution of Trade in Goods excluding specific chapters1 by continent/region
March 2023
No Data Found
Additional Tables and Charts
Methodological Notes
- The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 131 of 2004, and
- The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.

- FʼMarzu tal-2023, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €188.3 miljun.
- FʼMarzu tal-2023, l-importazzjoni naqset bʼ€50.3 miljun u l-esportazzjoni naqset bʼ€1.5 miljun.
- Fl-ewwel tliet xhur tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet €925.6 miljun (51.6% tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Marzu 2023 irreġistrat żieda ewlenija mir-Renju Unit (€70.3 miljun) u tnaqqis ewlieni minn Iżrael (€24.1 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel tliet xhur tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€118.9-il miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€66.8 miljun).