Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Mejju tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMejju tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €334.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €468.5 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €693.9 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet it-€359.7 miljun. Dan juri tnaqqis taʼ €127.8 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €6.4 miljuni fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fil-valur tal-importazzjoni kienet fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€103.8 miljuni), filwaqt li ż-żieda ewlenija kienet irreġistrata fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€9.8 miljuni), fl-Oġġetti manifatturati mixxellanji (€9.4 miljuni), u fil-Makkinarju u tagħmir tat-trasport (€3.6 miljuni), li min-naħa tagħhom, kienu parzjalment ikkumpensati minn tnaqqis fil-Kimiċi (€16.5-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Mejju tal-2023
Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija twessaʼ bʼ€61.3 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq l-€1,509.7 miljuni. L-importazzjoni żdiedet bʼ€40.8 miljun, mentri l-esportazzjoni naqset bʼ€20.5 miljun sabiex ammontaw għal €3,261.7 miljun u €1,752.0 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żidiet fl-importazzjoni dehru l-aktar fl-Oġġetti manifatturati mixxellanji (€31.2 miljun), fl-Ikel (€26.1 miljun), fl-Oġġetti semi-manifatturati (€16.5-il miljun), li min-naħa tagħhom, dawn kienu parzjalment ikkompensati bi tnaqqis fil-Kimika (€37.3 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€54.6 miljun), u fil-Kimika (€42.8 miljun) li min-naħa tagħhom kienu parzjalment ikkompensati bʼżidiet fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€57.2 miljun) u fl-Oġġetti manifatturati mixxellanji (24.1 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (49.5 fil-mija) u mill-Asja (21.3 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (36.7 fil-mija) u l-Asja (15.2 fil-mija). Iż-żieda u t-tnaqqis ewlenin fl-importazzjoni kienu rreġistrati mir-Renju Unit (€136.7 miljun) u mill-Kanada (€111.6-il miljun), rispettivament. L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€190.3 miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€118.0-il miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Mejju tal-2023
FʼMejju, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €191.9 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €221.3 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. Fil-valur taʼ €426.6 miljun, l-importazzjoni naqset bʼ6.0 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ0.8 fil-mija sabiex laħqet il-€234.6 miljun, meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Mejju tal-2023
Fl-ewwel ħames xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€105.3 miljuni meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq it-€861.7 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bʼ7.8 fil-mija u bi 3.8 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €2,058.7 miljun u €1,197.0 miljun (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Mejju 2023
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Mejju 2023
No Data Found
1Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Additional Tables and Charts
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.

- FʼMejju tal-2023, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €334.1 miljun.
- FʼMejju tal-2023, l-importazzjoni naqset bʼ€127.8 miljun u l-esportazzjoni żdiedet bʼ€6.4 miljuni.
- Fl-ewwel ħames xhur tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet €1,615.6-il miljun (49.5 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Mejju 2023 irreġistrat żieda ewlenija mir-Renju Unit (€136.7 miljun) u tnaqqis ewlieni mill-Kanada (€111.6-il miljun) (Tabella nru 4).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel ħames xhur tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€190.3 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€118.0-il miljun) (Tabella nru 4).