Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Settembru tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼSettembru tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €231.6 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €321.8 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €614.8-il miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €383.2 miljun. Dan juri tnaqqisiet taʼ €91.6 miljun u €1.4 miljun fl-importazzjoni u l-esportazzjoni, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqisiet ewlenin fil-valur tal-importazzjoni kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€69.6 miljun) u fl-Ikel (€18.3-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€10.7-il miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€7.4 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Kimika (€8.7 miljuni), fl-Ikel (€4.9 miljuni), u fl-Oġġetti semi-manifatturati (€4.2 miljuni). (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Settembru tal-2023
Fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija naqas bʼ€589.0 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, sabiex laħaq it- €3,121.5 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €6,348.1 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet it-€3,226.5 miljun. Dan irrappreżenta tnaqqisiet taʼ €614.3-il miljun u €25.4 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). It-tnaqqis fl-importazzjoni kien irrekordjat l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€457.9 miljun), fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€146.4 miljun) u fil-Kimika (€76.3 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żidiet fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€37.9 miljun) u fl-Ikel (€27.9 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€176.6 miljun), fil-Kimika (€36.8 miljun) u fl-Oġġetti semi-manifatturati (€9.8 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€161.8 miljun), fl-Ikel (€20.1 miljun), u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€12.6-il miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull kwart
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (53.8 fil-mija) u mill-Asja (20.0 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (38.7 fil-mija) u l-Asja (14.4 fil-mija). L-akbar żieda ġiet mill-Ġermanja (€226.6 miljun), mentri l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€191.4 miljun). L-esportazzjoni lejn il-Ġermanja rreġistrat l-akbar żieda (€297.2 miljun), mentri dik lejn Franza kellha l-akbar tnaqqis (€165.0 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Settembru tal-2023
FʼSettembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €148.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €184.8 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €411.8-il miljun u €263.6 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 8.9 fil-mija fl-ewwel waħda u tnaqqis taʼ 1.3 fil-mija fit-tieni waħda meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Settembru tal-2023
Fl-ewwel disa’ xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€115.1-il miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq l-€1,744.6 miljun. Kemm l-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni żdiedu bʼ5.3 fil-mija u bi 3.9 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €3,906.1 miljuni u €2,161.5 miljun (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Data taʼ kull kwart
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Settembru 2023
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Settembru 2023
No Data Found
1Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Tabelli
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.

- FʼSettembru tal-2023, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €231.6 miljun.
- FʼSettembru tal-2023, l-importazzjoni naqset b’€91.6 miljun u l-esportazzjoni naqset b’€1.4 miljun.
- Fl-ewwel disa’ xhur tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet it-€3,418.4-il miljun (53.8 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Settembru 2023 irreġistrat żieda ewlenija mill-Ġermanja (€226.6 miljun) u tnaqqis ewlieni mil-Italja (€191.4 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel disa’ xhur tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€297.2 miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€165.0 miljun).