L-EU-SILC 2023: Indikaturi dwar il-Ġid tan-Nies, is-Soċjetà u s-Saħħa

Daħla
L-Istħarriġ tal-Istatistika Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) huwa eżerċizzju taʼ kull sena mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fost nies li joqogħdu fi djar privati fʼMalta u Għawdex. L-istħarriġ jiġbor tagħrif dwar indikaturi relatati mas-saħħa inġenerali u l-ġid tan-nies.
Indikaturi tas-saħħa
Fl-2023, 79.5 fil-mija tan-nies fi djar privati kienu jaraw saħħithom inġenerali bħala waħda tajba (Ċart nru 1). L-irġiel kellhom aktar ħabta jaraw saħħithom bħala waħda tajba (82.2 fil-mija) meta mqabblin man-nisa (76.5 fil-mija) (Tabella nru 1). Ftit inqas minn terz taʼ dawk li wieġbu (29.6 fil-mija) qalu li jbatu minn xi mard jew kundizzjonijiet kroniċi1 (Ċart nru 2, Tabella nru 2). Il-biċċa l-kbira qalu li li mʼgħandhomx limitazzjonijiet minħabba problemi taʼ saħħa, filwaqt li 13.8 fil-mija qalu bil-maqlub (Ċart nru 3, Tabella nru 3). Il-maġġoranza tan-nies li ħtieġu eżami jew trattament mediku jew dentali ma rrappurtawx li kellhom ħtiġijiethom mhux milħuqa, bʼ1.1 fil-mija biss tan-nies jirrapportaw mod ieħor. Dan kien tnaqqis meta mqabbel mal-2022 (2.8 fil-mija) u l-2021 (4.3 fil-mija) (Tabella nru 4).
¹ Mard jew kundizzjonijiet kroniċi jistgħu jinkludu l-artrite, allerġiji, pressjoni għolja, l-uġigħ taʼ ras li tibqaʼ għaddejja, ansjetà jew dipressjoni kroniċi, dijabete u ażma.
Ċart nru 1. L-istat tas-saħħa inġenerali kif mifhum min-nies infushom
Żmien taʼ riferenza: 2021-20232
No Data Found
2 Hawn waqfa fis-serje: ara nota nru 6 fil-metodoloġija.
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
Ċart nru 2. Is-sehem taʼ persuni li jbatu minn mard jew kundizzjonijiet kroniċi, bis-sess
Żmien taʼ riferenza: 2021-20232
No Data Found
2 Hawn waqfa fis-serje: ara nota nru 6 fil-metodoloġija.
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
Ċart nru 3. Is-sehem taʼ persuni bʼlimitazzjoni fl-attività minħabba problemi taʼ saħħa, bis-sess
Żmien taʼ riferenza: 2021-20232
No Data Found
2 Hawn waqfa fis-serje: ara nota nru 6 fil-metodoloġija.
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
Ċart nru 4. Is-sehem taʼ persuni li qalu li kellhom ħtiġijiet mhux milħuqa għal eżami/trattament mediku jew dentali, bis-sess
Żmien taʼ riferenza: 2021-20232
No Data Found
2 Hawn waqfa fis-serje: ara nota nru 6 fil-metodoloġija.
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
Ir-rata ta’ riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (AROPE) tiddefinixxi l-proporzjon/l-għadd ta’ nies f’riskju ta’ faqar, jew fʼtiċħid materjali u soċjali sever, jew li jgħixu f’familji b’intensità ta’ xogħol baxxa ħafna. Fl-2023, in-nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienu inqas probabbli li jaraw saħħithom bħala waħda tajba. Fil-fatt, 67.4 fil-mija biss tan-nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienu jqisu s-saħħa ġenerali tagħhom bħala waħda tajba, meta mqabblin ma’ 82.4 fil-mija ta’ dawk li wieġbu li ma kinux f’tali riskju (Tabella nru 1).
Meta tqiesu l-fatturi ewliena li juru saħħa ħażina u mard kroniku, in-nisa, l-individwi ʼl fuq minn 65 sena, u dawk fʼriskju taʼ faqar jew esklużjoni soċjali, kellhom aktar ħabta jgħidu li jbatu minn mard jew kundizzjonijiet kroniċi, u li għandhom limitazzjonijiet minħabba fihom. Dawn ix-xejriet dehru wkoll fl-2022 u fl-2021 (Tabelli nri 2 u 3).
Indikaturi dwar il-ġid tan-nies
Fuq skala minn 0 sa 10, fejn 0 jirrappreżenta ʼl min ma kien sodisfatt xejn u 10 jirrappreżenta ʼl min kien sodisfatt għalkollox, kien irrappurtat punteġġ medju ta’ 8.6 minn dawk li wieġbu dwar is-sodisfazzjon tagħhom bir-relazzjonijiet personali mal-familja u l-ħbieb. Instab punteġġ medju ta’ 7.7 dwar is-sodisfazzjon tagħhom bl-impjieg attwali, filwaqt li nstab punteġġ medju ta’ 7.4 b’rabta mas-sodisfazzjon tagħhom bil-ħajja ġenerali. Il-punteġġi medji l-aktar baxxi nstabu fuq is-sodisfazzjon bl-użu tal-ħin u bil-qagħda finanzjarja, bʼ6.7 and 6.9 rispettivament. Dawk bejn is-16 u s-17-il sena kellhom l-ogħla punteġġ medju fuq is-sodisfazzjon ġenerali tal-ħajja (7.6), filwaqt li dawk li kellhom 65 sena jew aktar irrappurtaw l-aktar punteġġ medju baxx dwar dan bʼ7.3 biss. L-ogħla punteġġ medju dwar is-sodisfazzjon bir-relazzjoni personali kien irrappurtat minn dawk fl-età ta’ 65 sena jew aktar (8.8). Dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kellhom punteġġi medji aktar baxxi dwar is-sodisfazzjon tagħhom bil-ħajja ġenerali, il-qagħda finanzjarja, l-impjieg attwali, u r-relazzjonijiet personali, meta mqabbla ma’ dawk li ma kinux f’tali riskju. Min-naħa l-oħra, huma rrappurtaw punteġġ medju ogħla dwar is-sodisfazzjon tagħhom bl-użu tal-ħin.
Id-Dħul Ekwivalizzat Nazzjonali (NEI) ta’ familja huwa definit bħala d-dħul kollu disponibbli tal-familja maqsum bid-’daqs ekwivalenti’ tagħha (imsejħa wkoll unitajiet ta’ konsum). In-NEI jqis id-daqs u t-tqassim tal-etajiet tal-membri tad-dar. Fl-2023, nies fl-ogħla kategorija ta’ dħul ekwivalizzat kellhom valuri medji ogħla għas-sodisfazzjon bil-ħajja ġenerali, il-qagħda finanzjarja, l-impjieg attwali u r-relazzjonijiet personali. Min-naħa l-oħra, valur medju ogħla għas-sodisfazzjon bl-użu tal-ħin instab fost nies fil-kategorija tad-dħul ekwivalizzat l-aktar baxx (Tabella nru 5a).
Ċart nru 5. Il-livell taʼ sodisfazzjon dwar għadd taʼ karatteristiċi tal-ġid kif mifhum min-nies infushom
Żmien taʼ riferenza: 2023
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
B’mod ġenerali, aktar minn nofs dawk li wieġbu rrappurtaw li, għal ħafna mill-ħin, ħassewhom fil-hena (60.2 fil-mija), filwaqt li madwar nofshom ħassewhom fil-kalma u l-kwiet (48.2 fil-mija) għal ħafna mill-ħin. Fost dawk li wieġbu għall-istħarriġ, 34.0 fil-mija rari ħassewhom bin-nervi u aġitati, filwaqt li 26.9 fil-mija oħra qalu li kultant ħassew dan it-tiġrib (Ċart nru 6).
Ċart nru 6. Is-sehem taʼ persuni bis-sentimenti tagħhom dwar għadd taʼ karatteristiċi dwar il-kwalità tal-ħajja
Żmien taʼ riferenza: 2023
No Data Found
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
In-nisa kellhom aktar ħabta jgħidu li, ħafna drabi, ħassewhom bin-nervi u aġitati (12.6 fil-mija), li kienu mdejqin (3.4 fil-mija), li kellhom qalbhom maqtugħa u bʼdipressjoni (4.7 fil-mija) u waħidhom (2.6 fil-mija). Min-naħa l-oħra, l-irġiel kellhom aktar ċans li jirrappurtaw sentimenti ta’ kalma u kwiet (49.3 fil-mija) u hena (61.0 fil-mija), ħafna drabi. Dawk taʼ minn 65 sena ’l fuq kellhom aktar ċans li jħossuhom, ħafna drabi, imdejqin (5.5 fil-mija), bʼqalbhom maqtugħa u bʼdipressjoni (6.1 fil-mija) jew waħidhom (5.3 fil-mija). Min-naħa l-oħra, 61.8 fil-mija tan-nies bejn it-30 u l-64 sena qalu li kienu fil-hena għal ħafna mill-ħin, li huwa l-ogħla fost il-gruppi kollha tal-età. Aktar minn nofs dawk taʼ bejn is-16 u s-17-il sena qalu li ħassewhom kalmi u fil-kwiet għal ħafna mill-ħin (52.8 fil-mija).
Dawk f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kellhom aktar ħabta jħossu sentimenti negattivi għal ħafna mill-ħin meta mqabblin maʼ dawk li ma kinux fʼtali riskju. Dawn is-sentimenti inkludew nervi u aġitazzjoni (14.1 fil-mija), dwejjaq (4.8 fil-mija), qalb maqtugħa u dipressjoni (6.0 fil-mija), u solitudni (5.0 fil-mija). Dawk li li ma kinux f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienu l-aktar probabbli li esperjenzaw sentimenti pożittivi bħall-kalma u l-kwiet (49.2 fil-mija) u l-hena (62.4 fil-mija) ħafna drabi (Tabella nru 6a).
Fl-2023, il-biċċa l-kbira tal-individwi (93.5 fil-mija) ħassew li, jekk ikun hemm bżonn, kienu sa jirċievu għajnuna materjali jew mhux materjali3 mill-familja, ħbieb, kollegi, jew persuni oħrajn li jafu (Tabella nru 7).
Fuq skala minn 0 sa 10, fejn 0 jirrappreżenta ʼl min ma jafda xejn u 10 jirrappreżenta ʼl min jafda għalkollox, bħala medja, il-punt sa fejn in-nies jafdaw lil oħrajn kien irrappurtat fil-punt taʼ 5.1. Fuq skala minn 0 sa 10, fejn 0 jfisser esklużjoni taʼ xejn u 10 jfisser esklużjoni sħiħa, l-individwi raw lilhom infushom bħala li mhumiex esklużi mis-soċjetà. Fil-fatt, il-punteġġ medju dwar dawn is-sentimenti kien fil-livell ta’ 2.0 (Tabella nru 8).
3 L-għajnuna materjali tinkludi flus, self jew oġġetti, filwaqt li l-għajnuna mhux materjali tinkludi lil xi ħadd biex ikellmek, jgħinek fʼxi ħaġa jew jiġborlok xi ħaġa.
Tables
Tables
Methodological Notes
The EU-SILC sample follows a rotational design whereby every household is surveyed for four consecutive years. This sampling methodology enhances consistency and thus allows for high quality cross-sectional and longitudinal analysis.
In 2023 the gross sample size was 5,077 households. Of these, 96 households were ineligible for the survey (i.e. addresses that did not actually exist, could not be located, non-residential addresses, permanently vacant dwellings or institutional households). Consequently, 4,981 households were approached for the interview. Of these, 4,515 completed the survey, resulting in a household response rate of 91 per cent. These households comprised 10,993 residents, of whom 9,565 were aged 16 and over.
The population figure used to gross up and to calibrate EU-SILC data refers to one calendar year prior to the survey year. Consequently, the population in EU-SILC 2023 refers to the number of persons living in private households as at end of 2022 which was estimated at 532,186.
Equivalised disposable income (referred to also as national equivalised income) is defined as the household’s total disposable income divided by its “equivalent household size”, to take into account of the size and composition of the household, and is attributed to each household member. For example, a household with two adults and two children aged less than 14 would have an equivalised household size of 2.1, which is calculated as follows:
● First Person = 1;
● Every other adult (14+) = 0.5; and
● Every child (less than 14) = 0.3.
If the total disposable income earned by the household is €20,000, then the household equivalised income would result in (€20,000/2.1) = €9,523.
The at-risk-of-poverty threshold is also referred to as the at-risk-of-poverty line or, simply, the poverty line. This is equivalent to 60 per cent of the median national equivalised income of persons living in private households.
The at-risk-of-poverty rate refers to the share of persons with an equivalised disposable income below the at-risk-of-poverty threshold.
5. Material and Social Deprivation
● have an internet connection.
Persons lacking at least five items out of the 13 material and social deprivation items are considered to be materially and socially deprived.
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.
L-EU-SILC 2023: Indikaturi dwar il-Ġid tan-Nies, is-Soċjetà u s-Saħħa

- Il-maġġoranza tal-persuni li joqogħdu fi djar privati raw is-saħħa ġenerali tagħhom bħala waħda tajba (79.5 fil-mija), filwaqt li 29.6 fil-mija tan-nies qalu li jbatu minn xi mard jew kundizzjonijiet kroniċi.
- Fuq skala minn 0 (mhu sodisfatt xejn) sa 10 (sodisfatt għalkollox), kien irrappurtat punteġġ medju taʼ 8.6 u 6.7 minn dawk li wieġbu dwar ir-relazzjonijiet personali u l-użu tal- ħin, rispettivament.
- Dawk li wieġbu għall-istħarriġ irrappurtaw li ħassewhom fil-hena għal ħafna drabi (60.2 fil-mija), filwaqt li l-biċċa l-kbira rari ħassewhom bin-nervi u aġitati (34.0 fil-mija).