Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2025

- Matul l-ewwel kwart tal-2025, ħarġu 425 permess tal-bini għal total taʼ 2,143 residenza ġdida.
- Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati naqas bi 17.4 fil-mija.
- Meta mqabbel maʼ K1 2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta naqas bi 18.3 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna niżel bi 12.7 fil-mija.
- L-appartamenti ammontaw għal 72.3 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
- L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati (148) kien irreġistrat fʼĦaż-Żabbar.
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2025
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2025

Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati
Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.
Matul l-ewwel kwart tal-2025, ħarġu 425 permess tal-bini għal total taʼ 2,143 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2024, in-numri taʼ permessi tal-bini u residenzi ġodda approvati naqsu bʼ7.6 fil-mija u bi 17.4 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 5.0 (Ċart nru 1).
Mappa nru 1. Numru ta' residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K1/2025
Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.
It-Tip taʼ residenzi approvati
Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fl-ewwel kwart tal-2025 kienu appartamenti (1,550). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (326), il-maisonettes (179), it-terraced houses (65) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (23) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 72.3 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).
1Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.
Ċart nru 2. It-tqassim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip
Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati
Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta naqas bi 18.3 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna niżel bi 12.7 fil-mija. L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (559), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (222) (Tabella nru 2).
Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati
L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati ħareġ għal-lokalità taʼ Ħaż-Żabbar (148). Wara, hemm San Pawl Il-Baħar (137), Iż-Żejtun (88), Ħal Qormi (84) u Birkirkara (81) (Ċart nru 3).
2FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.