Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K4/2024

- Matul l-aħħar kwart tal-2024, inħarġu 417-il permess tal-bini għal total taʼ 2,259 residenza ġdida.
- Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati żdied bʼ74.8 fil-mija.
- Meta mqabbel maʼ K4 2023, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bi 78.5 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ54.8 fil-mija.
- L-appartamenti ammontaw għal 71.5 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
- L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati (156) kien irreġistrat fʼSan Pawl Il-Baħar.
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K4/2024
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K4/2024

Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.
Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati
Matul l-aħħar kwart tal-2024, inħarġu 417-il permess tal-bini għal total taʼ 2,259 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2023, in-numri taʼ permessi tal-bini u residenzi ġodda approvati żdiedu bʼ29.9 fil-mija u bʼ74.8 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 5.4 (Ċart nru 1).
Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K4/2024
Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.
It-Tip taʼ residenzi approvati
Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fir-rabaʼ kwart tal-2024 kienu appartamenti (1,615). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (349), il-maisonettes (207), it-terraced houses (52) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (36) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 71.5 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).
1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.
Ċart nru 2. It-taqsim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip
Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati
Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bi 78.5 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ54.8 fil-mija. L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (660), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (223) (Tabella nru 2).
Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati
L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati nħareġ għal-lokalità taʼ San Pawl Il-Baħar (156). Wara, hemm Il-Mellieħa (134), Birkirkara (122), Is-Swieqi (116) u Iż-Żejtun (114) (Ċart nru 3).
2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.