It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Mejju 2025

- FʼMejju 2025, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali ammonta għal 1,199, li juri żieda ta’ 125 kuntratt meta mqabbel ma’ dawk li kienu rreġistrati sena qabel.
- Fl-istess xahar, kienu rreġistrati 1,378 konvenju, li juru żieda ta’ 122 wieħed meta mqabblin ma’ dawk tas-sena li għaddiet.
- Meta mqabblin mal-ammonti rreġistrati fʼMejju 2024, il-kuntratti ta’ bejgħ żdiedu bi 11.6 fil-mija, filwaqt li l-konvenji żdiedu bʼ9.7 fil-mija.
It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Mejju 2025
It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Mejju 2025

Din l-Istqarrija tal-Aħbarijiet tippreżenta tagħrif proviżorju dwar tranżazzjonijiet taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali skont id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtorità tat-taxxa.
Kuntratti taʼ Bejgħ
FʼMejju 2025, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 1,199, li juri żieda taʼ 11.6 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati fʼMejju 2024 (Tabella nru 1a, Ċart nru 1). Bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-kuntratti laħaq it-€321.6 miljun, żieda taʼ 3.9 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat fʼMejju 2024 (Tabella nru 2a).
Ċart nru 1. Kuntratti taʼ bejgħ u konvenji rreġistrati
Taʼ kull xahar
No Data Found
Fix-xahar taʼ riferenza, 1,079 (jew 90.0 fil-mija) tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn individwi, filwaqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħra kienu magħmulin minn kumpaniji (Tabella nru 1b). Il-valur tal-kuntratti li jinvolvu individwi kien jammonta għal €269.5 miljun, li huwa ekwivalenti għal 83.8 fil-mija tal-valur kollu (Tabella nru 2b).
Kuntratti taʼ bejgħ bid-distrett u l-lokalità
FʼMejju 2025, l-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port, bʼtotali taʼ 356 u 200 kuntratt, rispettivament. Min-naħa l-oħra, l-inqas numri taʼ kuntratti kienu nnotati fid-Distrett taʼ Għawdex u Kemmuna, u fid-Distrett tal-Punent, bʼ137 u bʼ146 kuntratt, rispettivament (Tabella nru 3).
L-akbar ammonti taʼ kuntratti taʼ bejgħ kienu rreġistrati fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (70), Birkirkara (64) u Il-Mosta (55) (Tabella nru 3, Ċart nru 2a). Dawn il-kuntratti kienu jgħoddu 15.8 fil-mija tal-kuntratti kollha rreġistrati fʼMejju 2025.
Ċart nru 2a. Il-lokalitajiet li kellhom l-akbar ammonti fʼMejju 2025
Kuntratti taʼ bejgħ
No Data Found
Proprjetajiet irreġistrati fil-kuntratti taʼ bejgħ
Fix-xahar taʼ riferenza, l-għadd taʼ proprjetajiet irreġistrati fil-kuntratti taʼ bejgħ kien jilħaq l-1,306 (Tabella nru 4). L-Appartamenti (455) u l-Garaxxijiet (285) irreġistraw l-akbar sehem mit-total, bʼ34.8 fil-mija u bʼ21.8 fil-mija, rispettivament.
Konvenji
FʼMejju 2025, kienu rreġistrati 1,378 konvenju taʼ proprjetajiet residenzjali, li huma riflessi fʼżieda taʼ 9.7 fil-mija fuq is-sena taʼ qabel (Tabella nru 5a, Ċart nru 1). L-individwi li kienu involuti fʼdawn il-konvenji kienu jgħoddu 1,225 (jew 88.9 fil-mija), filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu kumpaniji (Tabella nru 5b).
Konvenji bid-distrett u l-lokalità
L-akbar għadd taʼ konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ413-il konvenju; segwit mid-Distrett tat-Tramuntana bʼ254 konvenju. Min-naħa l-oħra, l-inqas ammonti taʼ konvenji dehru fid-Distrett tal-Punent u fid-Distrett tax-Xlokk, bʼ112 u bʼ182 konvenju, rispettivament (Tabella nru 6).
L-akbar għadd taʼ konvenji kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (111), Il-Mosta (69) u Birkirkara (67) (Tabella nru 6, Ċart nru 2b). Dawn il-konvenji kienu jgħoddu 17.9 fil-mija tal-konvenji kollha rreġistrati fʼMejju 2025.
Ċart nru 2b. Il-lokalitajiet li kellhom l-akbar ammonti fʼMejju 2025
Konvenji
No Data Found
Tables
Tables
Methodological Notes
1. This news release presents data on property transactions based on final deeds of sale and promise of sale agreements (‘konvenji’) registered with the tax authority. The qualifier ‘period of registration’ common to the tables refers to such registration. Basing the data on the period when the final deed of sale or promise of sale agreement is registered with the tax authority, rather than when it is signed, is considered to produce more timely information. test
2. The scope of this release follows the classification of the administrative data source, and includes only those transactions classified as ‘residential’ by the source. The data presented covers the following property types: airspace, boathouse, bungalow, farmhouse, flat/apartment, garage, garden, house, maisonette, penthouse, plot of land, semi-detached villa, terraced house, ‘terran’, urban tenement, and villa.
3. Excluded are transactions classified as ‘commercial’, comprising of business premises and warehouse/storeroom, and those classified as ‘other’, a category that incorporates car space, field, grave and redemption of ground rent, amongst others.
4. Therefore, deeds/agreements relating to land for residential purposes (‘plot of land’) are included, while those pertaining to land for non-residential purposes (‘field’) are not.
5. Only deeds/agreements relating to the sale of property, which also includes sale by auction (‘subasta’) and sale after assignment of rights, are considered. Therefore, donations and exchanges, amongst others, are not included.
6. In this news release, a promise of sale agreement is accounted for only once, and included at the time of registration with the tax authority. Therefore, if a promise of sale is extended to a later date, that record is excluded from the statistics presented in this news release.
7. In the light of notes 2, 3, 4, 5 and 6, this release must be viewed as a sub-set of all the property transactions and activities registered with the tax authority that take place during a given period.
8. In some cases, more than one property is listed under the same final deed of sale or promise of sale agreement. Table 1 to Table 6 (excluding Table 4) of this news release report the number of registered final deeds of sale and promise of sale agreements, and not the number of properties falling under these deeds/agreements. The number of properties falling under the registered final deeds of sale is presented in Table 4. This table cannot be replicated for the promise of sale agreements due to non-availability of data.
9. The residential property transactions considered are not limited to individuals (households), but may also involve other economic agents. Besides individuals, the administrative data source distinguishes between companies, authorities and bodies of persons.
10. The districts incorporating localities in Tables 3 and 6 correspond to the location of the property which has been or shall be purchased, not to the place of residence of the buyer or seller.
11. To achieve consistency, the methodological concepts applied in this news release are, as far as possible, aligned with those used in the House Price Index.
12. Users are reminded of several factors which might inhibit comparability between data on final deeds of sale and promise of sale agreements. These differences include: a) the time lag between promise of sale agreements and final deeds of sale; b) certain property being sold without a promise of sale agreement; and c) some promise of sale agreements falling through before the final contract is signed.
13. Data is provisional and subject to revisions, which may arise following updates in the source data.
14. A detailed news release calendar is available online.
15. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
16. For further assistance send your request through our online request form.