Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar 2025

- FʼJannar 2025, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €296.9 miljun.
- Kien irreġistrat tnaqqis taʼ €14.6-il miljun fl-importazzjoni, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ€7.8 miljuni.
- FʼJannar 2025, l-importazzjoni mill-Unjoni Ewropea laħqet it-€376.9 miljun (58.2 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar 2025
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar 2025

Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar 2025
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼJannar 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €296.9 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €303.6 miljuni taʼ Jannar 2024. L-importazzjoni ammontat għal €647.7 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €350.8 miljun. Dan juri tnaqqis taʼ €14.6-il miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €7.8 miljuni fl-esportazzjoni fuq Jannar 2024 (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€38.1 miljun) u l-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€15.1-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€28.3 miljun) u l-Kimika (€8.5 miljuni). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlieni deher fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€22.8 miljun), filwaqt li żdied il-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€14.2-il miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet miġjuba l-aktar mill-Unjoni Ewropea (58.2 fil-mija) u mill-Asja (23.7 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (26.1 fil-mija) u l-Asja (17.7 fil-mija) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar 2025
FʼJannar, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €231.9 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €238.7 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €411.7-il miljun u €179.8 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 6.2 fil-mija u 10.1 fil-mija fuq Jannar 2024 (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Xahar taʼ riferenza: Jannar 2025
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Xahar taʼ riferenza: Jannar 2025
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.