Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Ottubru tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼOttubru tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €318.1-il miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €343.9 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €724.0 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet l-€405.9 miljuni. Dan juri tnaqqis fl-importazzjoni u fl-esportazzjoni taʼ €126.4 miljun u taʼ €100.5 miljun, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fil-valur tal-importazzjoni kienet fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€105.8 miljuni), kif ukoll fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€31.7 miljun). Dan it-tnaqqis kien parzjalment ibbilanċjat minn żieda ta’ €24.4 miljun fl-importazzjoni tal-ikel. Fl-esportazzjoni t-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€49.7 miljun) u fl-ikel (€41.7 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Ottubru tal-2023
Fl-ewwel 10 xhur tas-sena, id-defiċit sħiħ fil-kummerċ tal-merkanzija naqas bʼ€585.4 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, u laħaq it-€3,483.3 miljun. L-importazzjoni kienet ta’ €7,129.8 miljun, mentri l-esportazzjoni ammontat għal €3,646.5 miljun. Dan irrappreżenta tnaqqisiet taʼ €697.8 miljun u €112.4-il miljun, rispettivament (Tabella nru 1). It-tnaqqis fl-importazzjoni dehru l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€488.5 miljun), fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€244.6 miljun), u fil-Kimika (€78.7 miljun). Dan it-tnaqqis kien parzjalment ibbilanċjat minn żidiet fl-importazzjoni tal-Ikel (€61.6 miljun), u fl-Oġġetti manifatturati mixxellanji (€50.2 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlieni kien irreġistrat fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€214.1-il miljun), u fil-Kimika (€44.6 miljun) li min-naħa tagħhom kienu parzjalment ikkompensati bʼżieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€160.3 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (54.6 fil-mija) u mill-Asja (20.3 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (38.0 fil-mija) u l-Asja (15.1 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni kienet irreġistrata mill-Ġermanja (€233.3 miljun), filwaqt li importazzjoni mill-Italja wriet l-akbar tnaqqis (€176.5 miljun). L-esportazzjoni żdiedet l-aktar lejn il-Ġermanja (€313.5-il miljun), mentri naqset l-aktar dik lejn Franza (€172.3 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Ottubru tal-2023
FʼOttubru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €189.7 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €122.2 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jammontaw għal €470.0 miljun u €280.3 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 5.2 fil-mija fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ 13.6 fil-mija fl-esportazzjoni meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Ottubru tal-2023
Fl-ewwel 10 xhur tal-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€224.9 miljun meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2022, sabiex laħaq l-€1,987.9 miljun. Kien hemm żieda kemm fl-importazzjoni kif ukoll l-esportazzjoni ta’ 6.3 fil-mija u 1.5 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €4,429.5 miljun u €2,441.6 miljun (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Ottubru 2023
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Ottubru 2023
No Data Found
1Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.

- FʼOttubru tal-2023, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €318.1-il miljun.
- FʼOttubru tal-2023, l-importazzjoni naqset b’ €126.4 miljun u l-esportazzjoni naqset b’ €100.5 miljun.
- Fl-ewwel għaxar xhur tal-2023, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) laħqet it-€3,894.0 miljun (54.6 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- L-importazzjoni għall-perjodu taʼ Jannar-Ottubru 2023 irreġistrat żieda ewlenija mill-Ġermanja (€233.3 miljun) u tnaqqis ewlieni mill-Italja (€176.5 miljun).
- Min-naħa l-oħra, fl-ewwel għaxar xhur tas-sena, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja (€313.5-il miljun), mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn Franza (€172.3 miljun).