Stqarrijiet tal-aħbarijiet

In-Negozji Reġistrati: 2024  

NR 080/2024
Data tal-Ħruġ: 06 taʼ Mejju 2025
Data tal-Għeluq: 23 taʼ April 2025

shutterstock 1216299604
  • Fl-2024, kien hemm 142,126 negozju fir-registru tal-istatistika tan-negozju.
  • Fl-2024, l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (Taqsima tan-NACE M); il-Kummerċ bl-Ingrossa u bl-Imnut (Taqsima tan-NACE G); u l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Taqsima tan-NACE K) laħqu 38.2 fil-mija tan-negozji rreġistrati.
  • Fl-2024, 58.3 fil-mija tan-negozji rreġistrati kienu sidien li jaħdmu għal rashom (jew bi sħubija), filwaqt li 37.9 fil-mija kienu kumpaniji privati (Ltd jew Plc).
  • Fl-2024, kien hemm 9,853 reġistrazzjoni taʼ negozji ġodda.

In-Negozji Reġistrati: 2024

In-Negozji Reġistrati: 2024

NR 080/2024
Data tal-Ħruġ: 06 taʼ Mejju 2025
Data tal-Għeluq: 23 taʼ April 2025

Fl-2024, in-negozji rreġistrati fir-Reġistru tal-Istatistika tan-Negozju laħqu l-142,126.
shutterstock 1216299604

In-negozji rreġistrati fl-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (Taqsima tan-NACE M) kienu responsabbli għal 13.9 fil-mija tan-negozji rreġistrati kollha fl-2024; il-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut (Taqsima tan-NACE G) kien responsabbli għal 12.5 fil-mija tan-negozji; l-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Taqsima tan-NACE K) kienu responsabbli għal 11.8 fil-mija, filwaqt li l-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (Taqsima tan-NACE N) ammontaw għal 7.7 fil-mija (Tabella nru 1). 

L-ammont ta’ negozji reġistrati fil-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut (Taqsima tan-NACE G) naqas b’1,086, jew 5.8 fil-mija, meta mqabbel mal-2023. L-Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni (Taqsima tan-NACE K) raw tnaqqis ta’ 304, li jiġu daqs tnaqqis ta’ 1.8 fil-mija. L-Arti, id-divertiment u r-rikreazzjoni (Taqsima tan-NACE R) irreġistraw żieda ta’ 399, li jirrappreżentaw żieda ta’ 5.2 fil-mija, filwaqt li l-Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (Taqsima tan-NACE M) żdiedu bi 324, li jiġu żieda ta’ 1.7 fil-mija meta mqabblin mal-2023.

Ħafna min-negozji rreġistrati (97.2 fil-mija) kienu jħaddmu sa disgħa min-nies (micro). In-negozji żgħar (10-49) u medji (50-249) ammontaw għal 3,146 (2.2 fil-mija) u 704 (0.5 fil-mija) tan-negozji kollha, rispettivament. In-negozji l-kbar, li jħaddmu 250 persuna u aktar, ammontaw għal 166 (0.1 fil-mija) (Ċart nru 1, Tabella nru 1).

Ċart nru 1. In-negozji rreġistrati fl-2024, maqsumin bid-daqs taʼ impjiegi

Ċart nru 2. In-negozji rreġistrati maqsumin bit-tip taʼ organizzazzjoni legali

No Data Found

Drag to view in full

Fl-2024, 58.3 fil-mija tan-negozji rreġistrati kienu sidien li jaħdmu għal rashom (jew bi sħubija), 37.9 fil-mija kienu kumpaniji bʼresponsabbiltà limitata jew kumpaniji pubbliċi bʼresponsabbiltà limitata (plc), filwaqt li 3.7 fil-mija kienu tal-Gvern, organizzazzjonijiet li ma jaħdmux għal profitt jew organizzazzjonijiet legali oħra (Ċart nru 2, Tabella nru 2).

Ir-reġistrazzjonijiet ġodda fl-2024 ammontaw għal 9,853 negozju, filwaqt li dawk li għalqu ammontaw għal 7,039 negozju (Ċart nru 3, Tabella nru 3).

Ċart nru 3. Negozji ġodda u negozji magħluqin

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The statistical business register is the source of the data in this news release. The statistical business register provides one of the most detailed local business profiles in Malta.

2. Business registrations are based on administrative data. Registrations and/or deregistrations do not precisely record the commencement or cessation of an activity by a unit. Demographic events such as takeovers, mergers and split-offs are not catered for and may affect the data presented.

3. The data is classified by economic activity according to the NACE (Nomenclature Statistique des Activités Économiques dans la Communauté Européenne) classification of economic activities in the European Union.

4. Other types of legal structures may include public corporations, cooperatives and joint ventures.

5. Micro enterprises include non-trading units.

6. Updates in the statistical business register are ongoing and all figures reported are subject to revision.

7. The registered business units include those that were registered for at least one day during the reporting period. Business units that have ceased operating as indicated in Table 3, are included in the registered business units in Tables 1 and 2, if they were registered for at least one day during the year of deregistration.

8. The significant increase in the number of deregistrations in 2020 when compared to 2019 may be partly attributed to the defunct companies that had been struck off the Malta Business Registry during the reporting period.

9. More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical Concepts
Classifications

10. References to this news release are to be cited appropriately.

11. A detailed news release calendar is available online.

Definitions

The following are the definitions of the employment size class breakdowns shown in Table 1.

Size class Persons employed
Micro 0-9
Small 10-49
Medium 50-249
Large 250+

The following are the definitions of the legal forms:

Sole ownership is defined as enterprises owned exclusively by one natural person.

Partnership is defined as an association of persons who conduct a business under a collective name.

Limited liability companies refer to enterprises comprising joint-stock companies and private limited companies.

Government units are legal entities established by political processes that have legislative, judicial or executive authority over institutional units within a given area. These include government ministries and departments.

Non-profit organisations are legal or social entities acting for the purpose of producing goods and services whose status does not permit them to be a source of income, profit or other financial gains for the units that establish, control or finance them.

Public corporations are all the government-controlled units that are often established by government as market producers principally engaged in the production of goods, non-financial and financial services, and as such they are classified in non-financial and financial sectors.

Cooperatives are bodies set down by law that observe a number of general principles; for example profits are often distributed in proportion to members’ dealings with the society. 

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.