Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Ix-Xogħol Irreġistrat: Ottubru 2024  

NR 045/2025
Data tal-Ħruġ: 14 taʼ Marzu 2025

Customer,Care,,Care,For,Employees,,Human,Resources,,Employment,Agency,And
  • FʼOttubru 2024, in-numru taʼ persuni rreġistrati li jaħdmu full-time kien jammonta għal 290,857, żieda taʼ 4.2 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
  • L-għadd taʼ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom laħaq il-35,331, żieda taʼ 5.9 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
  • In-numru taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur privat żdied bʼ4.5 fil-mija fi żmien tnax-il xahar biex laħaq il-237,663.
  • L-għadd taʼ persuni jaħdmu full-time fis-settur pubbliku żdied bi 3.2 fil-mija minn Ottubru 2023 u kien jammonta għal 53,194.
  • Fuq il-livelli rreġistrati fl-2023, l-għadd taʼ rġiel bʼimpjieg full-time telaʼ bi 3.8 fil-mija biex laħaq il-175,800, filwaqt li l-għadd tan-nisa żdied bʼ4.9 fil-mija biex laħaq il-115,057.

Ix-Xogħol Irreġistrat: Ottubru 2024

Ix-Xogħol Irreġistrat: Ottubru 2024

NR 045/2025
Data tal-Ħruġ: 14 taʼ Marzu 2025

F’Ottubru 2024, l-impjiegi full-time żdiedu b’4.2 fil-mija, filwaqt li dawk part-time bħala impjieg ewlieni żdiedu b’5.9 fil-mija fuq Ottubru 2023. 
Customer,Care,,Care,For,Employees,,Human,Resources,,Employment,Agency,And

Tagħrif amministrattiv taʼ Jobsplus juri li, fi żmien sena, il-provvista tal-ħaddiema (esklużi l-part-timers) żdiedet b’4.3 fil-mija biex laħqet 291,946 (ara nota nru 5 fil-metodoloġija). Dan kien ġej l-aktar minn żieda fl-impjiegi rreġistrati full-time (11,775) u fil-qgħad irreġistrat (130) (Tabella nru 1).

Ix-Xogħol Full-Time Rreġistrat 

F’Ottubru 2024,  il-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi (NACE 45-47, 1,849) u l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (NACE 55-56, 1,817) kienu l-oqsma li l-aktar wasslu għaż-żieda fix-xogħol full-time, meta mqabbla maʼ Ottubru 2023 (Tabella nru 1). L-impjiegi full-time rreġistrati fis-settur privat telgħu bʼ10,135 għal 237,663, filwaqt li dawk fis-settur pubbliku żdiedu bʼ1,640 għal 53,194 (Tabella nru 2).

L-għadd taʼ nies irreġistrati li jaħdmu għal rashom full-time telaʼ bi 817 meta mqabbel maʼ Ottubru 2023, mentri l-għadd taʼ persuni rreġistrati bħala impjegati żdiedu bʼ10,958. L-irġiel li jaħdmu full-time żdiedu bi 3.8 fil-mija, filwaqt li n-nisa żdiedu bʼ4.9 fil-mija, fuq is-sena taʼ qabel (Tabella nru 2).

Ix-Xogħol Part-Time Rreġistrat  

F’Ottubru 2024, l-impjiegi rreġistrati part-time żdiedu bʼ7.9 fil-mija meta mqabbla mal-istess xahar fl-2023. L-oqsma li l-aktar wasslu għaż-żieda kienu l-Attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (NACE 55-56, 956) u l-Attivitajiet professjonali, xjentifici u tekniċi (NACE 69-75, 697) (Tabella nru 3). 

L-għadd taʼ nies li kellhom kemm impjieg part-time kif ukoll ieħor full-time laħqu l-45,010, żieda taʼ 9.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar fl-2023. Il-persuni li kellhom biss impjieg part-time kienu jammontaw għal 35,331, żieda taʼ 5.9 fil-mija meta mqabblin mal-istess xahar fl-2023 (Tabella nru 4).

Drag to view in full

Ċart nru 1. Persuni rreġistrati bʼimpjieg full-time jew part-time bħala impjieg ewlieni, bix-xahar

Employment Data Chart

Methodological Notes

1. The data provided in this release, including revised data and the relevant classifications, is based on administrative records held at Jobsplus.  Data for month y-1 and yearly average y-1 are revised with each registered employment news release.

2. The National Statistics Office (NSO) publishes, on a quarterly basis, another set of statistics on employment and unemployment based on the Labour Force Survey (LFS). When compiling LFS statistics, the NSO adopts the International Labour Organisation (ILO) definition, an internationally agreed definition of employment and unemployment. This definition has also been adopted by Eurostat and is used by all EU Member States. More details regarding the methodology used for the compilation of employment and unemployment statistics from the LFS may be found in quarterly LFS news releases. Since Jobsplus records and LFS results measure two different facets of employment and unemployment, these are not comparable. Users are therefore cautioned that these two sets of statistics should not be used interchangeably.

3. Full-time and part-time status is determined by the employer’s declaration (or that made by a self-employed person) in the engagement form which is required to be sent to Jobsplus upon commencement of employment.

4. Apprentices/trainees/interns are included under their respective economic activity.

5. Definitions:

Labour Supply: The sum of the full-time registered employed and the registered unemployed population (Part I and Part II).

Apprentices/trainees/interns: Persons who are still enrolled in an educational or training scheme and at the same time attached to the employer as part of a scheme or training experience.

Regional employment: Data on Malta/Gozo employment differs by economic sector. Accordingly, the data on private sector employment depends on employee residence, whereas data for the public sector depends on the information submitted by the employer relating to the location of work of its employees.

● Full-time equivalent (FTE): Employment in full-time equivalent is a conversion method used to measure the number of employees according to the number of hours worked. When using FTE a full-time employee working a 40-hour week is equivalent to 1.0, whereas a person who works 20 hours per week is equivalent to 0.5. Table 2 of this release includes persons who work full-time, persons on a full-time with reduced hours basis and full-time employees who are on unpaid leave. When converting these figures into FTE, each full-time employee who is working full hours is considered as 1.0 FTE, whereas persons working full-time with reduced hours or who are on unpaid leave are considered as less than 1.0 FTE, depending upon the hours worked. FTE data is currently available in respect of public sector employment and is based on the administrative records of the People and Standards Division within the Office of the Prime Minister. FTE information for the private sector is not available.

Self-employed: A person who registers as being self-employed is someone who runs a trade or business, rather than working as an employee for someone else. A person is self-employed if s/he is a sole proprietor or a partner working in a business who may employ other individuals to work for him/her.

Employees: Persons who are registered by their employers to be engaged as employees earning a wage or salary.

Part-timers holding a full-time job: Persons having a part-time job as a secondary job to their main employment. Persons having more than one part-time job in addition to their full-time job are counted once under this category.

Part-time as a primary job: Persons having only a part-time job as a primary job. Persons having more than one part-time job are counted once under this category.

Part I of the unemployment register: Persons registering under Part I are either new job seekers who have left school, re-entrants into the labour market, or individuals who have been made redundant by their former employer.

Part II of the unemployment register: Persons registering under Part II are either workers who have been dismissed from work due to disciplinary action, left work out of their own free will, refused work or training opportunities or were struck off the register after an inspection by Law Enforcement personnel.

6. More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical concepts 
Classifications 

7. A detailed news release calendar is available online.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.