L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Lulju-Diċembru 2024

- Fl-aħħar sitt xhur tal-2024 kien irreġistrat tnaqqis marġinali fl-għadd taʼ talbiet għall-Benefiċċju għal Korriment minħabba aċċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.
- Kważi terz taʼ dawk li weġġgħu fʼħidmithom għamlu tlett ijiem jew inqas neqsin mix-xogħol.
- Il-biċċa l-kbira taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu ħaddiema fʼimpjiegi elementari.
- Kważi sebgħin fil-mija taʼ dawk involuti fʼaċċidenti mhux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol kienu Maltin.
- Ma kien irrappurtat ebda aċċident fatali minn Lulju sa Diċembru tal-2024.
L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Lulju-Diċembru 2024
L-Aċċidenti fuq ix-Xogħol: Lulju-Diċembru 2024

Aċċidenti mhux fatali
Rekords amministrattivi juru li, fl-aħħar sitt xhur tal-2024, kienu rrappurtati 1,103 aċċidenti mhux fatali fuq il-post tax-xogħol.
L-akbar għadd taʼ dawn l-aċċidenti ġraw fil-qasam tal-Manifattura (16.3 fil-mija). Il-qasam tal-Kostruzzjoni kellu 145 jew 13.1 fil-mija tat-talbiet għall-Benefiċċju għal Korriment. Dan kien segwit mill-Attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (120 jew 10.9 fil-mija) (Tabella nru 1). Kważi terz taʼ dawk involuti kienu neqsin mix-xogħol għal tlett ijiem jew inqas, filwaqt li dawk li kienu neqsin mix-xogħol għal 21 jum jew aktar laħqu t-18.5 fil-mija (Tabella nru 2).
Fil-perjodu taʼ riferenza, il-biċċa l-kbira tal-aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol kienu jolqtu ħaddiema fʼimpjiegi elementari. Warajhom, kien hemm il-ħaddiema tas-sengħa (Tabella nru 3). Fejn jidħlu l-etajiet, 26.0 fil-mija taʼ dawn l-aċċidenti kienu jolqtu persuni li kellhom bejn il-35 u l-44 sena (Tabella nru 4). Fiż-żmien mifli minn din l-istqarrija, kważi 70.0 fil-mija taʼ dawk milqutin mill-aċċidenti mhux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol kienu Maltin (Tabella nru 5).
Tletin fil-mija tal-korrimenti fuq ix-xogħol kienu jaffettwaw d-Dahar, inkluż is-sinsla tad-dahar u l-għadam tagħha (Tabella nru 6). Il-ġrieħi u l-korrimenti superfiċjali, u t-tfekkik kienu l-aktar tipi komuni taʼ korrimenti, u ammontaw għal 661 u 340 każ, rispettivament (Tabella nru 7).
Fit-tieni nofs tal-2024, 26.4 fil-mija u 23.9 fil-mija tal-aċċidenti fuq ix-xogħol seħħew f’intrapriżi b’50-249 impjegat u b’500 impjegat jew aktar, rispettivament (Tabella nru 9).
Matul l-2024, kienu rrappurtati 689 aċċident mhux fatali għal kull 100,000 persuna li taħdem. L-ogħla rata taʼ inċidenza standardizzata taʼ aċċidenti mhux fatali kienet fil-qasam tal-Manifattura; segwita mill-Kostruzzjoni (Tabella nru 11).
Ċart nru 1. L-għadd taʼ aċċidenti mhux fatali fuq ix-xogħol, bis-sess
2013-2024
No Data Found
Aċċidenti fatali
Bejn Lulju u Diċembru 2024, l-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) ma rrappurtat ebda aċċident fatali fuq ix-xogħol. Matul l-2024, ir-rata taʼ inċidenza taʼ aċċidenti fatali fuq ix-xogħol kienet taʼ 1.3 (Tabella nru 15).
Ċart nru 2. L-għadd taʼ aċċidenti fatali fuq ix-xogħol
2013-2024
No Data Found