Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2024

NR039/2025
Data tal-Ħruġ: 05 taʼ Marzu 2025

Fl-2024, disgħa minn kull għaxar persuni li kellhom bejn is-16 u l-74 sena għamlu użu mill-internet.
Father,And,Daughter,Using,Digital,Tablet,In,The,Living,Room

L-użu tal-internet mill-individwi

L-Istħarriġ dwar l-Użu tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni mill-Familji, li parti minnu kien iffinanzjat mill-Kummissjoni Ewropea, wera li fost dawk fl-età taʼ bejn is-16 u l-44 sena kważi kulħadd għamel użu mill-internet fl-2024. Dan kontra taʼ dawk fl-età taʼ bejn il-65 u l-74 sena, li bir-rata taʼ 70.2 fil-mija, kienu dawk li l-inqas jużawh (Tabella nru 2). Madankollu, l-użu tal-internet fʼMalta kien 0.5 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE-27 (Ċart nru 1).

Ċart nru 1. Il-persentaġġ taʼ individwi li użaw l-internet 1

No Data Found

Drag to view in full
1 Jinkludi biss persuni li użaw l-internet fi żmien tliet xhur qabel il-ġbir tad-data (ara Tabella nru 2).

Instab li l-internet kien użat l-aktar għal għanijiet taʼ komunikazzjoni, bi 98.1 fil-mija tal-individwi jużawh għal dan il-għan. Barra minn hekk, 94.6 fil-mija tan-nies stqarru li jużaw l-internet għad-divertiment (Tabella nru 3).

Ċart nru 2. L-attivitajiet ewlenin għall-użu tal-internet maqsumin bis-sess 1

No Data Found

Drag to view in full

1 Jinkludi biss persuni li użaw l-internet fi żmien tliet xhur qabel il-ġbir tad-data (ara Tabella nru 2).

Noti:

1.  Għal aktar tagħrif fuq l-attivitajiet tal-internet, ara n-nota metodoloġika nru 4.
2.  Il-kategoriji ma jeskludux lil xulxin.

Is-Servizzi Elettroniċi tal-Gvern

Bejn l-2023 u 2024, l-għadd tan-nies li jagħmlu użu mis-servizzi elettroniċi tal-Gvern żdied bʼ6.9 fil-mija. Bʼkollox, in-nies li daħlu fis-siti tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern laħqu t-331,804, li jiġu 81.1 fil-mija tan-nies li jużaw l-internet. Nies fl-età taʼ bejn is-16 u l-54 sena kienu dawk li l-aktar li għamlu użu minn dan is-servizz. (Tabella nru 5).

Il-Kummerċ Elettroniku

Fiż-żmien taʼ riferenza, in-nies li użaw l-internet għal xi xiri laħaq il-270,318 (66.1 fil-mija). Il-biċċa l-kbira tagħhom (57.6 fil-mija) kellhom bejn il-25 u l-44 sena (Tabella nru 6). Il-kunsinni mir-restoranti, mill-ħwienet li jservu fast food jew tal-forniment taʼ ikel, u l-ilbies kienu l-aktar żewġ affarijiet li ġew mixtrija online (Tabella nru 7). Bis-sess, dehru differenzi fix-xiri online tant li l-irġiel aktar użawh għal kunsinni tal-ikel, filwaqt li n-nisa għażlu aktar li jużawh għax-xiri tal-ilbies.

Fʼdak li għandu xʼjaqsam max-xiri taʼ servizzi online, l-aktar komuni kienu t-trasport u l-akkomodazzjoni (Tabella nru 8).

L-Internet tal-Oġġetti u l-ICT Ħadra

L-użu taʼ apparat imqabbad mal-internet jidher li huwa aktar popolari fost l-irġiel. Is-sena li għaddiet, 84.5 fil-mija taʼ dawk kollha li użaw l-internet użaw televixin f’darhom li jaqbad mal-internet, filwaqt li 32.8 fil-mija użaw smart watch jew fitness band (Tabella nru 9).

Tabella nru 10 turi l-karatteristiċi l-aktar komuni li l-persuni jużaw meta jixtru xi apparat. Jidhru differenzi bejn l-irġiel u n-nisa u fi gruppi taʼ etajiet differenti. In-nisa għandhom ħabta jkunu aktar konxji tal-prezzijiet, filwaqt li l-irġiel jagħtu aktar importanza lill-karatteristiċi tal-hardware, il-marka u d-disinn. Kważi erbgħa minn kull għaxar min-nies iqisu l-effiċjenza enerġetika meta jixtru xi apparat, filwaqt li madwar terz jagħtu kas l-ekodisinn tal-apparat.

Ċart nru 3. Il-frekwenza tal-użu tal-internet bil-grupp tal-età

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The survey on Information and Communication Technology (ICT) usage by households is conducted by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis, under European Regulation (EC) No. 808/2004. The target population for this survey included all persons aged between 16 and 74 residing in private households. A gross sample of 2,210 individuals was selected using systematic random sampling from the population register held and maintained by NSO. A total of 1,668 filled questionnaires were collected between April and June 2024. Most surveys were carried out through telephone interviews.
 
2. In order to produce population-based estimates, weights for individual respondents were computed. For calibration purposes, data was subdivided by sex, age groups and districts (NUTS 4 classification).
 
3. Use of internet referred to in this news release includes all means of accessing this medium.
 
4. Definitions:
 
Main activities for internet use:

Communication includes sending and/or receiving emails, making calls over the internet, instant messaging and participating in social networks.

Access to information includes reading online news, seeking health-related information, and finding information about goods or services.

Civic and political participation includes expressing opinions on civic or political matters on websites or in social media and taking part in online consultations or voting on civic and political issues.
Professional life includes looking for a job or sending a job application online.
Other online services include selling of goods or services and internet banking.

e-Government users include individuals who obtained information from public authorities or public services over the internet for private purposes, individuals who downloaded or printed official forms, and individuals who submitted completed forms online.

 
5. Below is a demographic profile of individuals’ population frame used for the purposes of this survey. Population estimates are based on the 2024 population estimates.
Number % population
2023 2024 2023 2024
Sex:    
   Males 218,524 237,534 52.8 54.2
   Females 195,020 200,708 47.2 45.8
Age Group:
   16-24 45,625 44,671 11.4 10.8
   25-34 92,526 96,332 23.1 23.3
   35-44 82,977 89,212 20.7 21.6
   45-54 63,294 67,368 15.8 16.3
   55-64 59,721 59,917 14.9 14.5
   65-74 55,822 56,044 14.0 13.6
Total 399,965 413,544 100 100

6. More information relating to this news release may be accessed at: 

Sources and methods 
Statistical Concepts 

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8.  European statistics comparable to data in this News Release are available here.

9. A detailed news release calendar is available online.

10. For further assistance send your request through our online request form.

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2024  

NR039/2025
Data tal-Ħruġ: 05 taʼ Marzu 2025

Father,And,Daughter,Using,Digital,Tablet,In,The,Living,Room
  • 93.3 fil-mija tan-nies li kellhom bejn is-16 u l-74 sena għamlu użu mill-internet.
  • Fl-2024, 98.2 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet għamlu dan taʼ kuljum.
  • Fl-2024, 81.1 fil-mija taʼ dawk li użaw l-internet għamlu użu minn servizzi elettroniċi tal-Gvern.
  • Dawk l-utenti tal-internet li ħadu sehem fʼattivitajiet taʼ kummerċ elettroniku tul l-2024 laħqu l-270,318.
  • L-aktar oġġetti jew servizzi mixtrijin online kienu l-kunsinni mir-restoranti, mill-ħwienet li jservu fast food jew tal-forniment taʼ ikel, u l-ilbies.

L-Użu tal-ICT mill-Familji: 2024

The implementation of the ICT usage by households for 2024 has been partially funded by the European Union.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content