Stqarrijiet tal-aħbarijiet

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2025  

NR 066/2025
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ April 2025

Panoramic Bay View of Mgarr, Town and Harbour where Ferries Dock at the East End of Island Gozo, Malta
  • Fl-ewwel kwart tal-2025, l-għadd kollu taʼ vjaġġi, vetturi u passiġġieri żdied bʼ9.6, 1.7 u 5.4 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2024.
  • Minn Jannar sa Marzu 2025, it-traffiku tal-vetturi li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
  • Minn Jannar sa Marzu 2025, it-traffiku tal-passiġġieri li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tas-Sibt u l-Ġimgħa. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
  • Ix-xahar taʼ Jannar irreġistra l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 785 jew 33.9 fil-mija, filwaqt li Marzu rreġistra l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 80,885 jew 37.7 fil-mija — fl-ewwel kwart tas-sena.

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2025

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K1/2025

NR 066/2025
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ April 2025

Fl-ewwel kwart tal-2025, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-vjaġġi, fil-vetturi u fil-passiġġieri meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2024.
Panoramic Bay View of Mgarr, Town and Harbour where Ferries Dock at the East End of Island Gozo, Malta

It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Bejn Jannar u Marzu 2025 saru total ta’ 10,526 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,529,105 passiġġieri (Tabella nru 1). Marzu kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 3,856 vjaġġ jew 36.6 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Total ta’ 1,314,294 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fl-ewwel kwart tal-2025, żieda ta’ 1.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2024. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Marzu — 524,764 jew 39.9 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ1.7 fil-mija għal total ta’ 472,813 (Tabelli nri 2 u 3).

Fl-ewwel kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq it-8,213, li huwa żieda taʼ 4.4 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2024 (Tabella nru 2). FʼMarzu kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,083 jew 37.5 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).

Bejn Jannar u Marzu 2025, fil-Ħdud u t-Tnejnijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ passiġġieri u vetturi  li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr. Min-naħa taċ-Ċirkewwa, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar fil-jiem tas-Sibt u l-Ġimgħa, filwaqt li dak tal-vetturi kien l-aktar il-Ġimgħa u s-Sibt (Ċarts nri 4 u 5).

Ċart nru 1. Il-qsim tal-passiġġieri u l-vetturi bejn Malta u Għawdex

No Data Found

Drag to view in full

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta

Matul l-ewwel kwart tal-2025, saru total ta’ 2,313-il vjaġġ li ġarrew total ta’ 214,811-il passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2024, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bi 33.3 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bʼ37.5 fil-mija. Ix-xahar taʼ Jannar irreġistra l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 785 jew 33.9 fil-mija, filwaqt li Marzu rreġistra l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 80,885 jew 37.7 fil-mija — fl-ewwel kwart tas-sena (Tabella nru 7).

Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fl-K1/2025

Ċart nru 2. It-taqsim tal-passiġġieri bit-tip ta’ rotta bejn Malta u Għawdex fl-K1/2025

Drag to view in full

Ċart nru 3. Il-passiġġieri u l-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Xhur taʼ riferenza: Jannar - Marzu

No Data Found

Ċart nru 4. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar - Marzu

Ċart nru 5. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar - Marzu
Drag to view in full

Methodological Notes

1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.

2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.

3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:

Vessel Vehicles Passengers
MV Gaudos 72 900
MV Malita 138 900
MV Ta' Pinu 138 900
MV Nikolaos 160 650 (Summer) / 350 (Winter)

Periods when vessels were out of service for docking purposes:

MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023, 27/02/2023-02/03/2023 and 07/01/2025-06/02/2025.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 18/04/2023-26/04/2023 and 15/02/2024-25/03/2024.

4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:

Vessel Passengers
Your Wisdom (Gozo Fast Ferry) 296
Your Faith (Gozo Fast Ferry) 296
Gozo Express (Virtu Ferries)* 308
San Franġisk (Virtu Ferries) 316

*The fast ferry service vessel, Gozo Express (Virtu Ferries) replaced San Pawl (Virtu Ferries) on 17/05/2022.

5. The two service providers (Gozo Fast Ferry and Virtu Ferries) have merged and are providing service under one company, namely Gozo High Speed.

6. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.

7. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.

8. The data is not normally subject to revision.

9. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.

10. A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.