Stqarrijiet tal-aħbarijiet

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K3/2024  

NR 193/2024
Data tal-Ħruġ: 18 taʼ Ottubru 2024

The,Ship,Arrives,At,The,Port,Of,M?arr,On,The
  • Fit-tielet kwart tal-2024, l-għadd kollu tal-vjaġġi u vetturi żdied bʼ1.3 fil-mija u bʼ1.4 fil-mija rispettivament, filwaqt li l-għadd tal-passiġġieri naqas meta mqabbel mal-istess trimestru tal-2023.
  • Minn Jannar sa Settembru 2024, it-traffiku tal-vetturi li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-vetturi kien l-aktar għoli fil-Ħdud u t-Tnejnijiet.
  • Minn Jannar sa Settembru 2024, it-traffiku tal-passiġġieri li joriġina miċ-Ċirkewwa kien irreġistrat l-aktar fil-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt. Fix-xatt tal-Imġarr, it-traffiku tal-passiġġieri kien l-aktar għoli fil-Ħdud u s-Sibtijiet.
  • Ix-xahar tʼAwwissu rreġistra kemm l-ogħla għadd taʼ vjaġġi bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta — 977 jew 35.2 fil-mija, kif ukoll l-ogħla għadd taʼ passiġġieri — 120,220 jew 37.5 fil-mija — fit-tielet kwart tas-sena.

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K3/2024

It-Trasport bil-Baħar bejn Malta u Għawdex: K3/2024

NR 193/2024
Data tal-Ħruġ: 18 taʼ Ottubru 2024

Fit-tielet kwart tal-2024, it-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex irreġistra żidiet fil-vetturi u fil-vjaġġi, u tnaqqis fil-passiġġieri meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023.
The,Ship,Arrives,At,The,Port,Of,M?arr,On,The

It-trasport bil-baħar bejn Malta u Għawdex

Bejn Lulju u Settembru 2024 saru total ta’ 11,999 vjaġġ, li ġarrew total ta’ 1,977,544 passiġġier (Tabella nru 1). Awwissu kien l-aktar xahar impenjattiv meta fih saru total ta’ 4,099 vjaġġ jew 34.2 fil-mija tal-vjaġġi kollha fʼdan il-perjodu (Tabelli nri 3 u 7).

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Total ta’ 1,657,345 passiġġier ivvjaġġaw bejn l-Imġarr u ċ-Ċirkewwa fit-tielet kwart tal-2024, tnaqqis ta’ 3.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023. L-ogħla numru ta’ passiġġieri kien irreġistrat f’Awwissu — 578,090 jew 34.9 fil-mija tat-total għat-trimestru. Meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel, l-għadd ta’ vetturi żdied bʼ1.4 fil-mija għal total ta’ 588,664 (Tabelli nri 2 u 3).

Fit-tielet kwart tas-sena, l-għadd ta’ vjaġġi laħaq id-9,226, li huwa żieda taʼ 0.2 fil-mija fuq l-istess żmien fl-2023 (Tabella nru 2). FʼAwwissu kien irreġistrat l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 3,122 jew 33.8 fil-mija tal-vjaġġi totali għat-trimestru (Tabella nru 3).

Bejn Jannar u Settembru 2024, fil-Ħdud u s-Sibtijiet kien hemm l-aktar traffiku ta’ passiġġieri li oriġinaw mit-terminal tal-Imġarr, filwaqt li t-traffiku tal-vetturi mill-istess naħa kien l-ogħla fil-Ħdud u t-Tnejnijiet. Min-naħa l-oħra, il-jiem tal-Ġimgħa u s-Sibt kellhom l-aktar traffiku ta’ passiġġieri u vetturi li oriġinaw miċ-Ċirkewwa (Ċarts nri 4 u 5).

Ċart nru 1. Il-qsim tal-passiġġieri u l-vetturi bejn Malta u Għawdex

No Data Found

Drag to view in full

It-trasport bil-baħar bejn l-Imġarr u l-Belt Valletta

Matul it-tielet kwart tal-2024 saru total ta’ 2,773 vjaġġ li ġarrew total ta’ 320,199 passiġġier (Tabella nru 6). Meta mqabbel mal-istess żmien fl-2023, l-għadd ta’ vjaġġi żdied bʼ5.2 fil-mija, filwaqt li n-numru ta’ passiġġieri żdied bʼ20.5 fil-mija. Ix-xahar tʼAwwissu rreġistra kemm l-ogħla numru ta’ vjaġġi — 977 jew 35.2 fil-mija, kif ukoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri — 120,220 jew 37.5 fil-mija — għat-tielet kwart tas-sena (Tabella nru 7).

Mappa nru 1. It-taqsim tal-vjaġġi bejn Malta u Għawdex fit-K3/2024

Ċart nru 2. It-taqsim tal-passiġġieri bit-tip ta’ rotta bejn Malta u Għawdex fit-K3/2024

Drag to view in full

Ċart nru 3. Il-passiġġieri u l-vetturi lejn u mill-Imġarr u ċ-Ċirkewwa

Lulju-Settembru

No Data Found

Drag to view in full

Ċart nru 4a. Il-vetturi lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Settembru

No Data Found

Ċart nru 4b. Il-vetturi lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Settembru

No Data Found

Ċart nru 5a. Il-passiġġieri lejn u mill-Imġarr bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Settembru

No Data Found

Ċart nru 5b. Il-passiġġieri lejn u miċ-Ċirkewwa bil-jum tal-ġimgħa

Jannar-Settembru

No Data Found

Methodological Notes

1. The source of the data included in this release is administrative information provided by the Gozo Channel Co. Ltd and Transport Malta.

2. The fast ferry service operating between Mġarr and Valletta commenced on 1 June 2021.

3. The table below illustrates the vehicle and passenger capacity of each Gozo Channel vessel:

Vessel Vehicles Passengers
MV Gaudos 72 900
MV Malita 138 900
MV Ta' Pinu 138 900
MV Nikolaos 160 650 (Summer) / 350 (Winter)

Periods when vessels were out of service for docking purposes:

MV Gaudos: 08/11/2023-30/11/2023.
MV Malita: 06/01/2022-10/02/2022 and 09/01/2024-30/01/2024.
MV Ta’ Pinu: 09/01/2023-02/02/2023 and 27/02/2023-02/03/2023.
MV Nikolaos was put temporarily out of service between 25/04/2022-29/05/2022, 18/04/2023-26/04/2023 and 15/02/2024-25/03/2024.

4. The table below illustrates the passenger capacity of each fast ferry service vessel:

Vessel Passengers
Your Wisdom (Gozo Fast Ferry) 296
Your Faith (Gozo Fast Ferry) 296
Gozo Express (Virtu Ferries)* 308
San Franġisk (Virtu Ferries) 316

*The fast ferry service vessel, Gozo Express (Virtu Ferries) replaced San Pawl (Virtu Ferries) on 17/05/2022.

5. The two service providers (Gozo Fast Ferry and Virtu Ferries) have merged and are providing service under one company, namely Gozo High Speed.

6. Data for passengers travelling between Mġarr and Ċirkewwa comprises foot and vehicle passengers and vehicle drivers. The fast ferry service does not allow for the transport of vehicles thus, only foot passengers are included.

7. Different approaches to data collection are being applied at the Mġarr and Ċirkewwa harbours with regards to the Gozo Channel service. Data source for the Mġarr side includes Automated Ticketing System (ATS), while data for the Ċirkewwa side is dependent on the manual clicking system.

8. The data is not normally subject to revision.

9. More information relating to this news release is available in the Sources and Methods.

10. A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content