Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K1/2025

NR 082/2025
Data tal-Ħruġ: 07 taʼ Mejju 2025

Matul l-ewwel kwart tal-2025, l-aċċidenti tat-traffiku u l-persuni midruba fihom naqsu meta mqabbla mal-istess perjodu sena qabel. Fl-ewwel kwart tal-2025, seħħew erbat imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku.
Stressed,Driver,Sitting,At,Roadside,After,Traffic,Accident

L-għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul l-ewwel kwart tal-2025 laħaq it-3,468, tnaqqis taʼ 9.0 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2024. L-akbar numru taʼ aċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,178 każ jew 34.0 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).

It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bi 11.9 fil-mija sabiex niżel għal 297  meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2024. Il-persuni midrubin gravi kienu 78 u involvew 42 sewwieq, 13-il passiġġier u 23 persuna miexja/bir-rota/oħrajn. Il-ġrieħi mġarrbin minn tliet sewwieqa u persuna miexja kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-għadd taʼ mwiet fl-aċċidenti tat-traffiku żdied bi tlieta fuq l-istess perjodu tal-2024 (Ċart nru 1).

L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (69.2 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuni li mietu fʼaċċidenti tat-traffiku kienu tlitt irġiel u mara. Skont l-etajiet, 33.7 fil-mija tat-tidrib kien jinvolvi persuni taʼ bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).

Drag to view in full

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (51.9 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu l-muturi (31.6  fil-mija) u l-vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (8.1 fil-mija). Il-fatalitajiet li seħħew fʼaċċidenti tat-traffiku involvew tliet sewwieqa li ħabtu maʼ proprjetà, u persuna miexja li ntlaqtet minn vettura. L-għadd taʼ ċiklisti involuti fʼaċċidenti tat-traffiku laħaq sitta, bi tlieta minnhom jindarbu gravi u t-tlieta l-oħra jindarbu ħafif (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien l-aktar komuni bʼ65.0 fil-mija tat-tidrib kollu li seħħ fl-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tat-Tnejn bʼ59 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd taʼ aċċidenti ġara fil-jum tal-Ġimgħa bʼ564 każ jew 16.3 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Il-maġġoranza tal-aċċidenti tat-traffiku seħħew bejn 09:00 u 11:59 bʼ778 każ jew 22.4 fil-mija tat-total, segwiti minn dawk li ġraw bejn 15:00 u 17:59 bʼ755 każ. L-inqas għadd taʼ aċċidenti ġraw bejn 03:00 u 05:59 bi 53 każ (Tabella nru 9).

 

Ċart nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku u l-imwiet, biż-żmien

Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: Jannar-Marzu 2025

Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: Jannar-Marzu 2025

Additional Tables and Charts

Tables

Chart 2. Road traffic casualties by age group and gender

January-March 2025

No Data Found

Chart 3. Percentage distribution of road traffic casualties by day of the week

January-March 2025

                                                                                                                                                                                                                         Note: Percentages may not add up due to rounding.

Drag to view in full

Chart 4. Road traffic accidents by time bracket and day of the week

January-March 2025

No Data Found

Chart 5. Top 10 localities for road traffic accidents

January-March 2025

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).

2. Definitions:

a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (Police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (Police and Warden reports).

b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by Wardens and/or the Police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to Insurance Agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no Police or Wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.

c. Insignificant injury is determined by the Police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.

d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

f. United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.

g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions.  For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of Magisterial Inquiry.

3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).

4. Data is subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts 
LAU Classification
NUTS Classification
Spatial divisions for MALTA

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K1/2025  

NR 082/2025
Data tal-Ħruġ: 07 taʼ Mejju 2025

Stressed,Driver,Sitting,At,Roadside,After,Traffic,Accident
  • Kien hemm erbat imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li involvew tlitt irġiel u mara, bejn Jannar u Marzu 2025.
  • Matul l-ewwel kwart tal-2025, l-aċċidenti tat-traffiku naqsu bʼ9.0 fil-mija, filwaqt li t-tidrib fihom naqas bi 11.9 fil-mija, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2024.
  • Bejn Jannar u Marzu 2025, l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tal-Ġimgħa bʼ564 każ jew 16.3 fil-mija tat-total.
  • Birkirkara rreġistrat l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku bʼ215-il każ.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K1/2025

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content
NSO Malta
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.