Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K4/2024

NR 023/2025
Data tal-Ħruġ: 14 taʼ Frar 2025

Matul ir-rabaʼ kwart tal-2024, l-aċċidenti tat-traffiku u l-persuni midruba fihom naqsu meta mqabblin mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel. Kien hemm tlitt imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku.
Road Traffic Accidents: Q4/2022

L-għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku rrappurtati tul ir-rabaʼ kwart tal-2024 laħaq it-3,961, tnaqqis taʼ 0.4 fil-mija fuq l-istess żmien tal-2023. L-akbar numru taʼ aċċidenti kienu rreġistrati fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ1,304 każijiet jew 32.9 fil-mija tal-aċċidenti kollha (Tabella nru 1).

It-tidrib fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bi 12.9 fil-mija sabiex niżel għal 372 meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023. Il-persuni midrubin gravi ammontaw għal 93 u involvew 54 sewwieq, disaʼ passiġġieri u 30 persuna miexja/bir-rota/oħrajn. Il-ġrieħi mġarrbin minn żewġ sewwieqa u persuna miexja kienu fatali (Tabelli nri 4-6). Bʼhekk, l-għadd taʼ mwiet fl-aċċidenti tat-traffiku naqas bʼerbgħa fuq l-istess perjodu tal-2023 (Ċart nru 1).

L-akbar għadd taʼ dawk li ndarbu gravi kienu rġiel (60.2 fil-mija). Barra minn hekk, il-persuni li mietu fʼaċċidenti tat-traffiku kienu tlitt irġiel. 34.1 fil-mija tat-tidrib kien jinvolvi persuni taʼ bejn is-26 u l-40 sena (Ċart nru 2 u Tabella nru 5).

Ċart nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku u l-imwiet, biż-żmien

No Data Found

Drag to view in full

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku (51.3 fil-mija) kien jinvolvi karrozzi tal-passiġġieri. Warajhom, ġew dawk li kienu jinvolvu l-muturi (36.6 fil-mija) u l-vetturi tal-ġarr tal-merkanzija (5.4 fil-mija). Il-fatalitajiet li seħħew fʼaċċidenti tat-traffiku involvew żewġ sewwieqa li ħabtu maʼ proprjetà, u persuna miexja li ntlaqtet minn vettura. L-għadd taʼ ċiklisti li kienu involuti fʼaċċidenti tat-traffiku laħaq sitta, bʼħamsa minnhom jindarbu ħafif u wieħed iġarrab ġrieħi insinifikanti (Tabelli nri 6 u 7). It-tidrib ikkaġunat minn ħbit bejn vetturi kien l-aktar komuni bi 62.4 fil-mija tat-tidrib kollu li seħħ fl-aċċidenti tat-traffiku (Tabella nru 7).

L-akbar għadd taʼ tidrib mill-aċċidenti tat-traffiku ġara fil-jum tas-Sibt bʼ65 tidriba, filwaqt li l-akbar għadd taʼ aċċidenti ġara fil-jum tat-Tlieta bʼ694 każ jew 17.5 fil-mija tat-total (Tabella nru 8). Il-maġġoranza tal-aċċidenti tat-traffiku seħħew bejn 09:00 u 11:59 bʼ937 każ jew 23.7 fil-mija tat-total, segwiti minn dawk li ġraw bejn 12:00 u 14:59 bi 822 każ. L-inqas għadd taʼ aċċidenti ġraw bejn 03:00 u 05:59 bʼ74 każ (Tabella nru 9).

L-ogħla inċidenza tʼaċċidenti tat-traffiku kienet irreġistrata fʼBirkirkara bʼ250 każ, segwita minn Ħal Qormi u San Pawl Il-Baħar, bʼ218 u bʼ188 każ rispettivament (Tabella nru 10, Mappa nru 1 u Ċart nru 5).

Taʼ Sannat, Il-Fontana, San Lawrenz u L-Għasri rreġistraw anqas minn ħames aċċidenti tat-traffiku. (Mappa nru 1 u Tabella nru 10).

Mappa nru 1. L-aċċidenti tat-traffiku bil-lokalità: Ottubru-Diċembru 2024

Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, id-distretti kollha rrapurtaw tnaqqis fl-aċċidenti tat-traffiku barra mid-distretti tan-Nofsinhar tal-Port, tax-Xlokk, u tʼGħawdex u Kemmuna, li rrapportaw żieda. Id-distrett tax-Xlokk irreġistra l-ogħla żieda fil-persentaġġ tal-aċċidenti tat-traffiku bi 12.7 fil-mija, filwaqt li d-distrett tat-Tramuntana tal-Port irreġistra l-ogħla tnaqqis fil-persentaġġ bi 8.9 fil-mija (Tabella nru 1 u Mappa nru 2).

Mappa nru 2. It-tibdil perċentwali fl-aċċidenti tat-traffiku bid-distrett: Ottubru-Diċembru 2024/2023

Il-perspettiva annwali

Fl-2024, l-għadd ta’ mwiet laħaq it-12. Dan huwa tnaqqis taʼ erbgħa meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Ċart nru 1). L-aċċidenti rrappurtati bit-tidrib ammontaw għal 1,284, tnaqqis ta’ 106 jew 7.6 fil-mija meta mqabblin mal-2023. Barra minn hekk, l-aċċidenti bla tidrib ammontaw għal 15,319, żieda ta’ 295 każ jew 2.0 fil-mija fuq il-każijiet irrapportati fis-sena taʼ qabel (Tabelli nri 2-3). It-tieni kwart tal-2024 irreġistra l-ogħla għadd ta’ aċċidenti (4,436), filwaqt li t-tielet kwart tal-2024 irreġistra l-ogħla għadd ta’ mwiet (ħamsa) (Ċart nru 1).

Additional Tables and Charts

Tables

Chart 2. Road traffic casualties by age group and gender

October-December 2024

No Data Found

Chart 3. Percentage distribution of road traffic casualties by day of the week

October-December 2024

                                                                                                                                                                                                                         Note: Percentages may not add up due to rounding.

Chart 4. Road traffic accidents by time bracket and day of the week

October-December 2024

No Data Found

Drag to view in full

Chart 5. Top 10 localities for road traffic accidents

October-December 2024

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. Road traffic accidents data is compiled from administrative information provided by the Malta Police Force and the Malta Insurance Association (LESA).

2. Definitions:

a. Total road traffic accidents consist of the road traffic accidents involving casualties (Police reports) and the minor road traffic accidents without casualties (Police and Warden reports).

b. Non-injury (minor) road traffic accidents refer to accidents assessed by Wardens and/or the Police involving at least one vehicle and in which no persons are injured. Non-injury road traffic accidents which are either not reported or directly reported to Insurance Agencies by means of the Traffic Accident Form (i.e. where no Police or Wardens are called on the accident scene and are settled by the completion of the relevant form) are not accounted for.

c. Insignificant injury is determined by the Police as the sustaining of a very minimal injury (e.g. bruise, scratch, etc.) or shock due to accident which, in most cases, requires very basic treatment or no treatment at all.

d. The definition of slight injury is as listed in Art. 221 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

e. The definition of grievous injury is as listed in Art. 216 et sequitur of the Criminal Code, Chapter 9 of the Laws of Malta.

f. United Nations Economic Commission for Europe (UNECE) defines road fatal injury as: “Any person who was killed outright or who died within 30 days as a result of the accident”.

g. Road traffic accident fatalities data may be subject to revisions.  For certain cases, the NSO may need to wait for the cause of the fatality to be duly established by the conclusions of Magisterial Inquiry.

3. The casualty-to-accident ratio indicates the risk level of suffering an injury in an accident. Therefore, a higher percentage rate means that the corresponding accidents were more serious (i.e. more persons were injured).

4. Data is subject to revision.

5. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts 
LAU Classification
NUTS Classification
Spatial divisions for MALTA

6. A detailed news release calendar is available online.

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. For further assistance send your request through our online request form.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K4/2024  

NR 023/2025
Data tal-Ħruġ: 14 taʼ Frar 2025

Road Traffic Accidents: Q4/2022
  • Kien hemm tlitt imwiet fl-aċċidenti tat-traffiku, li involvew tlitt irġiel, bejn Ottubru u Diċembru 2024.
  • Matul ir-rabaʼ kwart tal-2024, l-aċċidenti tat-traffiku naqsu bʼ0.4 fil-mija, filwaqt li t-tidrib fihom naqas bi 12.9 fil-mija, meta mqabbla mal-istess perjodu fl-2023.
  • Bejn Ottubru u Diċembru 2024, l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tat-Tlieta bʼ694 każ jew 17.5 fil-mija tat-total.
  • Birkirkara rreġistrat l-akbar għadd taʼ aċċidenti tat-traffiku bʼ250 każ.

L-Aċċidenti tat-Traffiku: K4/2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content