Fit-tieni kwart tal-2023, żaru Malta 98 vapur tal-kruċieri, tnaqqis ta’ erbgħa meta mqabblin mal-istess perjodu sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-186,149. Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,299 passiġġier, 953 aktar mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 50.9 fil-mija tat-traffiku totali. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 16.9 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bi 12.6 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-110,562, li minnhom 50.5 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 24.8 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 54.0 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (34.8 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kellhom bejn l-40 u d-59 sena (33.7 fil-mija) (Tabella nru 1).
Jannar–Ġunju 2023
Fl-ewwel nofs tas-sena, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq il-297,299, li 56.2 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).
Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 159,945, jew 53.8 fil-mija, tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn l-40 u d-59 sena, u laħqu l-100,437 (33.8 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn is-60 u d-79 sena, li laħqu 94,554 (31.8 fil-mija) (Tabella nru 2).
Kien hemm 119-il żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel sitt xhur tal-2023, bʼmedja taʼ 2,498 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-125 żjara u medja taʼ 1,300 passiġġier fʼkull waħda fl-istess perjodu tal-2022 (Tabella nru 2).
Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri
No Data Found
Methodological Notes
Embarkations | 2021 | 2022 | 2023 |
---|---|---|---|
April-June | 0 | 22,383 | 36,533 |
January-June | 0 | 24,118 | 40,234 |
- Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
- Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
- Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
- Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
- Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
- Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.

- Fit-tieni kwart tal-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-vapuri tal-kruċieri kien taʼ 225,313.
- Fl-istess perjodu, 98 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma tnaqqis taʼ erbgħa meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
- L-Italja u l-Ġermanja kienu ż-żewġt iswieq ewlenin tal-istati membri tal-UE fit-tieni kwart tal-2023.
- Il-passiġġieri nisa kienu jlaħħqu 121,641 u kienu jagħmlu 54.0 fil-mija tat-traffiku kollu.
- L-akbar għadd taʼ passiġġieri, jew 34.8 fil-mija, kienu jagħmlu parti mill-grupp taʼ età taʼ bejn s-60 u d-79 sena.