Fit-tielet kwart tal-2023, żaru Malta 108 vapuri tal-kruċieri, żieda ta’ 11 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-291,216 (83.6 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 3,225 passiġġier, 921 aktar mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 59.6 fil-mija tat-traffiku totali. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 25.3 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bi 11.7 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-140,544, li minnhom 40.7 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 28.9 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 52.9 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (36.9 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kellhom anqas minn 20 sena (21.7 fil-mija) (Tabella nru 1).
Jannar–Settembru 2023
Fl-ewwel tliet kwarti tas-sena, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq is-645,567, li 58.0 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).
Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 344,250, jew 53.3 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn l-40 u d-59 sena, u laħqu l-229,065 (35.5 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn is-60 u d-79 sena, li laħqu 164,686 (25.5 fil-mija) (Tabella nru 2).
Kien hemm 227 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel tliet kwarti tal-2023, bʼmedja taʼ 2,844 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-222 żjara u medja taʼ 1,739 passiġġier fʼkull waħda fl-istess perjodu tal-2022 (Tabella nru 2)
Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri
No Data Found
Methodological Notes
Embarkations | 2021 | 2022 | 2023 |
---|---|---|---|
July-September | 5873 | 40,384 | 56,808 |
January-September | 5873 | 64,502 | 97,042 |
- Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
- Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
- Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
- Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
- Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
- Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.

- Fit-tielet kwart tal-2023, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-vapuri tal-kruċieri kien taʼ 348,268, żieda taʼ 55.8 fil-mija meta mqabbel maʼ l-istess perjodu s-sena li għaddiet.
- Fl-istess perjodu, 108 vapuri tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda taʼ 11 meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
- L-Italja u l-Ġermanja kienu ż-żewġt iswieq ewlenin tal-istati membri tal-UE fit-tielet kwart tal-2023.
- Il-passiġġieri nisa kienu jlaħħqu 184,305 u kienu jagħmlu 52.9 fil-mija tat-traffiku kollu.
- L-akbar għadd taʼ passiġġieri, jew 36.9 fil-mija, kienu jagħmlu parti mill-grupp taʼ età taʼ bejn l-40 u d-59 sena.