Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K1/2025

Fl-ewwel kwart tal-2025, żaru Malta 31 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ 12 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta biex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu t-83,095 (98.2 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,729 passiġġier, 1,301 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 56.6 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan, li laħaq 21.9 fil-mija tal-passiġġieri kollha, u dak Spanjol bi 8.9 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq is-36,725, li minnhom 25.8 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti u 18.3 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri rġiel laħqu 52.0 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (30.6 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (28.6 fil-mija) (Tabella nru 1).
Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri
No Data Found
Methodological Notes
Embarkations | 2023 | 2024 | 2025 |
---|---|---|---|
January-March | 3,701 | 3,172 | 3,673 |
- Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
- Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
- Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
- Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
- Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
- Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K1/2025

- Fl-ewwel kwart tal-2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq l-84,597, żieda taʼ 10.5 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
- Fl-istess perjodu, 31 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ 12 meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
- L-Italja, l-Istati Uniti, u Spanja kienu t-tlitt iswieq ewlenin fl-ewwel kwart tal-2025.