Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K4/2024

Fir-rabaʼ kwart tal-2024, żaru Malta 92 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ 10 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-166,564 (94.2 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 1,922 passiġġier, 140 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu mas-36.2 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 10.2 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bi 8.8 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-112,806, li minnhom 18.1 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 44.8 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 54.1 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (46.2 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (27.4 fil-mija) (Tabella nru 1).
Jannar-Diċembru 2024
Fl-2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-849,088, li 41.5 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).
Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 456,176, jew 53.7 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn is-60 u d-79 sena, u laħqu t-317,033 (37.3 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 256,761 (30.2 fil-mija) (Tabella nru 2).
Kien hemm 363 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri tul is-sena, bʼmedja taʼ 2,339 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tat-309 żjajjar u medja taʼ 2,636 passiġġier fʼkull waħda fis-sena 2023 (Tabella nru 2).
Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri
No Data Found
Methodological Notes
Embarkations | 2022 | 2023 | 2024 |
October-December | 6,742 | 6,608 | 9,618 |
January-December | 71,244 | 103,650 | 113,004 |
- Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
- Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
- Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
- Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
- Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night on the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
- Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K4/2024

- Fir-rabaʼ kwart tal-2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-176,812, żieda taʼ 4.6 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
- Fl-istess perjodu, 92 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ 10 meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
- L-Istati Uniti, ir-Renju Unit, u l-Italja kienu t-tlitt iswieq ewlenin fir-raba’ kwart tal-2024.
- Fis-sena 2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-849,088, żieda taʼ 4.2 fil-mija, meta mqabbel mas-sena taʼ qabel.
- Fl-2024, 363 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ 54 meta mqabblin mas-sena taʼ qabel.