It-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lsien Barrani: 2024

Il-maġġoranza tal-istudenti li attendew xi kors tal-Ingliż ġew mill-Italja (24.9 fil-mija), minn Franza (10.3 fil-mija), u mill-Ġermanja (10.1 fil-mija). Bʼkollox, 73.9 fil-mija tal-istudenti ġew minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) (Tabella nru 1).
Il-parti l-kbira tal-istudenti tal-lingwa kellhom anqas minn 16-il sena u kienu jammontaw għal 28.1 fil-mija tal-għadd kollu tagħhom. Warajhom, kien hemm dawk fl-età taʼ bejn is-16 u 17-il sena, li kienu jgħoddu 22.0 fil-mija. Studenti taʼ 50 sena u aktar kienu ftit u kienu jgħoddu 7,237 (8.9 fil-mija). Il-bniet u n-nisa kienu aktar mis-subien u l-irġiel u kienu jgħoddu 61.3 fil-mija tal-istudenti kollha tal-EFL (Tabella nri 2 u 3, Ċart nru 1).
Ċart nru 1. L-istudenti barranin jattendu korsijiet¹ fl-iskejjel tal-ELT, bil-grupp tal-età u s-sess
No Data Found
1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.
Lulju kien ix-xahar meta dawn l-iskejjel kellhom l-akbar attendenzi – 17.0 fil-mija tal-għadd annwali. Warajh, kien hemm ix-xhur taʼ Awwissu u Marzu, li kellhom 14.5 fil-mija u 10.4 fil-mija tal-attendenzi kollha, rispettivament (Tabella nru 4).
Il-kors bl-akbar għadd taʼ studenti kien il-‘General English: Standard’, li bʼkollox għamluh 62,299 student, jew 77.0 fil-mija. Warajh, kien hemm il-korsijiet tal-‘Intensive English’, bʼ14.8 fil-mija tal-istudenti (Tabella nru 5, Ċart nru 2).
Ċart nru 2. It-taqsim perċentwali tal-istudenti barranin jattendu korsijiet¹ fl-iskejjel tal-ELT, bit-tip taʼ kors
No Data Found
1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.
Noti:
1. L-Ingliż għal għanijiet speċifiċi jinkludi l-Ingliż għan-negozju.
2. ‘L-Oħrajn’ jinkludu korsijiet bi tħejjija għall-eżaminijiet, lezzjonijiet individwali, taħlita taʼ korsijiet, u korsijiet oħra.
3. It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
L-ammont taʼ ġimgħat li l-istudenti barranin irreġistraw mal-iskejjel tal-Ingliż (ELT) kien jgħodd mal-256,868 ġimgħa. Il-korsijiet bil-preżenza tal-persuna kienu jammontaw għal 99.8 fil-mija tal-ġimgħat kollha tal-istudenti, filwaqt li l-korsijiet online kellhom biss 0.2 fil-mija. L-istudenti qagħdu medja taʼ 3.2 ġimgħat, tnaqqis taʼ 0.3 meta mqabbla mas-sena taʼ qabel (Tabella nru 7). Bʼmedja taʼ 13.9-il ġimgħa, l-istudenti mill-Kolombja kellhom l-akbar għadd taʼ ġimgħat tal-istudenti. Warajhom, kien hemm l-istudenti Ċileni u Sud Koreani li qagħdu 12.0 u 8.9 ġimgħat, rispettivament (Tabelli nri 8 u 9).
L-istaff tal-għalliema fʼdawn l-iskejjel kien taʼ 743, bl-akbar għadd tagħhom (24.5 fil-mija) fl-età taʼ 25-34. L-għalliema nisa laħqu 66.4 fil-mija tal-istaff kollu (Tabella nru 10). L-istaff mhux tat-tagħlim laħaq 638, li 69.4 fil-mija tagħhom kienu jaħdmu full-time (Tabelli nri 10 u 11).
Ċart nru 3. It-taqsim perċentwali taʼ studenti barranin jattendu korsijiet¹ fl-iskejjel tal-ELT, bil-grupp tal-età
No Data Found
1 Xi korsijiet saru mill-bogħod.
Ċart nru 4. L-għadd taʼ studenti barranin u l-ġimgħat tat-tagħlim, bl-għaxar pajjiżi ewlenin taċ-ċittadinanza
No Data Found
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
Ċart nru 5. L-għadd taʼ studenti barranin u l-ġimgħat tat-tagħlim
No Data Found
Tables
Tables
Methodological Notes
1. Data used in this News Release is based on information collected by the Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation which was subsequently analysed by NSO.
2. Data was collected by the ELT Council during the period December 2024-February 2025. All local licensed English Language Teaching (ELT) schools operating in 2024 responded to this questionnaire. A full list of ELT schools can be accessed here.
3. Breakdowns by country are based on the students’ citizenship as provided by the student. Thus, figures for foreign citizens are not directly comparable to other tourism figures published by the NSO.
4. For the scope of this release ‘teaching/academic staff’ includes all ELT permit holders. Staff employed with different schools carrying out the same role are counted once.
5. Figures on type of course followed and type of accommodation cannot be compared with data of previous years due to methodological enhancements held in 2020.
6. Definitions:
ELT schools refer to institutions which provide English-related courses for foreign students. More information can be accessed here.
Teaching/Academic staff refer to professional personnel directly involved in teaching students, including teachers, assistant teachers, ELT instructors and other ELT permit holders.
Non-Teaching staff refer to persons employed by educational institutions who have no instructional responsibilities, and do not hold an ELT permit. Examples are school management staff, front office staff, group leaders, administration staff, sales, marketing and reservations staff.
Full-time employment: includes employed persons on a full-time basis.
Part-time employment: includes employed persons whose normal hours are less than those of comparable full-time workers.
Casual employment: includes temporary workers, working irregular hours, who are employed on a part-time basis.
7. Number of student weeks by foreign students is calculated as follows: total number of days divided by seven.
8. Average number of student weeks per student is calculated as follows: total number of weeks divided by total number of students.
9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
10. For further assistance send your request through our online request from.
11. A detailed news release calendar is available online.
It-Tagħlim tal-Ingliż bħala Lsien Barrani: 2024

- Fl-2024, l-istudenti barranin li attendew korsijiet mill-iskejjel illiċenzjati għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT) laħqu t-80,946, żieda taʼ 2,379 (+3.0 fil-mija) fuq l-2023.
- Il-maġġoranza tal-istudenti li kienu qed jattendu xi kors tal-Ingliż kienu taħt is-16-il sena, 28.1 fil-mija. Warajhom, kien hemm dawk fl-età taʼ bejn is-16 u 17-il sena, li kienu jgħoddu 22.0 fil-mija.
- L-aktar kors popolari mal-istudenti kien il-‘General English: Standard’, li għamluh 77.0 fil-mija tagħhom.
- L-istudenti barranin irreġistrati mal-iskejjel għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT) għamlu 256,868 ġimgħa taʼ tagħlim.
- Fl-2024, l-istaff imħaddem mill-iskejjel għat-Tagħlim tal-Ilsien Ingliż (ELT) laħaq l-1,381, li ħafna minnhom kienu għalliema (53.8 fil-mija).