Il-Provvista tal-Elettriku: 2023

Matul l-2023, il-provvista tal-elettriku fʼMalta kienet magħmula mill-produzzjoni netta tal-impjanti tal-enerġija (67.8 fil-mija), mill-provvista tal-importazzjoni netta (21.3 fil-mija) u minn sorsi rinnovabbli (10.9 fil-mija) (Tabella nru 1 u Ċart nru 1).
Fl-2023, il-produzzjoni grossa magħmula mill-elettriku li kien ġej mill-impjanti tal-enerġija u minn sorsi rinnovabbli ammontat għal 2,344.6 GWh. Ix-xahar taʼ Lulju wera l-ogħla ammont taʼ produzzjoni grossa bʼ240.2 GWh (Tabella nru 2).
Ċart nru 1. Il-provvista kollha tal-elettriku fʼMalta bit-tip u s-sena
Il-produzzjoni tal-elettriku li kienet ġejja mill-impjanti tal-enerġija rreġistrat żieda taʼ 1.5 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel u li laħqet l-2,026.0 GWh (Tabella nru 3). It-tiġjib tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli rreġistra żieda taʼ 7.3 fil-mija sabiex laħaq 318.6 GWh fl-2023. Il-biċċa l-kbira tal-enerġija rinnovabbli (97.0 fil-mija) kienet miġjuba minn pannelli fotovoltajċi (Tabella nru 4).
Matul l-2023, kienu importati bl-interconnector total taʼ 648.4 GWh, li huma żieda taʼ 0.3 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel (Tabella nru 5).
Ix-xahar taʼ Lulju (334.7 GWh) kellu l-akbar provvista taʼ elettriku matul l-2023 bʼsehem taʼ 11.5 fil-mija. Dan kien segwit mix-xahar taʼ Awwissu (303.4 GWh) li kellu sehem taʼ 10.4 fil-mija mill-provvista kollha tas-sena (Tabella nru 6).
Fl-2023, ix-xhur taʼ Lulju u Awwissu kellhom l-akbar domanda għall-elettriku, u rreġistraw 663 MW u 561 MW, rispettivament. Id-domanda medja annwali rreġistrata fl-2023 kienet taʼ 446 MW – li hija tnaqqis taʼ 5.9 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel (Tabella nru 7).
Fl-2023, l-emissjonijiet GHG mill-kombustjoni tal-fjuwil fl-impjanti tal-enerġija żdiedu bʼ0.5 fil-mija fuq is-sitwazzjoni fl-2022 (Tabella nru 8 u Ċart nru 2).
Ċart nru 2. L-emissjonijiet GHG mill-kombustjoni tal-fjuwil fl-impjanti tal-enerġija, bis-sena
Tables
Methodological Notes
1. Definitions:
● Megawatt (MW): is a unit for measuring power that is equivalent to one million watts.
● Megawatt-hour (MWh): is equal to 1,000 kilowatts or one million (1,000,000) watts of electricity produced by a power plant that runs continuously for one hour.
● Gigawatt-hour (GWh): is equal to 1,000 megawatts or one billion (1,000,000,000) watts of electricity produced by a power plant that runs continuously for one hour.
● Maximum electricity demand: the highest amount of electricity consumed at any one point in time across the entire network system.
● Renewable energy: energy that is obtained from resources which are continually replenished on a human timescale. Such resources include sunlight, wind, rain, tides, waves and geothermal heat.
● Photovoltaic (PV) system: A complete set of components for converting solar radiation into electricity by the photovoltaic process, including the array/s of photovoltaic modules that collect and absorb sunlight for conversion into electricity, inverter/s and associated balance of system components.
● CO2 equivalent: is a metric measure used to compare the emissions from various greenhouse gases on the basis of their global-warming potential (GWP), by converting amounts of other gases to the equivalent amount of carbon dioxide with the same global-warming potential.
● Own use by power plants: is the difference between Gross and Net production, i.e. it is the electricity and heat used by power station auxiliaries directly related to generation and including that used in the fuel handling plant, cooling water plant, power station services, heating, lighting, workshops and administrative buildings directly associated with the power station during both on-load and off-load periods.
● Gross electricity production: is the sum of the electrical energy production by all the generating sets concerned (including pumped storage) measured at the output terminals of the main generators.
● Net electricity production: is equal to the gross electricity production less the electrical energy absorbed by the generating auxiliaries and the losses in the main generator transformers.
● Imports and Exports: Amounts of electricity and heat are considered as imported or exported when they have crossed the political boundaries of the country, whether customs clearance has taken place or not. If electricity is “wheeled” or transited through a country, the amount should be reported as both an import and an export. From 2023, electricity exports through the Malta-Sicily Interconnector were reported at Ragusa point instead of at Magħtab point.
● Electricity supply: For electricity, this is the electrical energy supplied from the plant. In the case of a national network, this is equal to the sum of the net electrical energy production supplied by all power stations within the country, reduced by the amount used simultaneously for pumping as well as the amount used for heat sold using heat pumps and electric boilers. It is then reduced or increased by exports to or imports from abroad.
2. Data is subject to revision.
3. Renewable energy data was revised for reference years 2021 and 2022.
4. More information relating to this news release may be accessed at:
5. A detailed news release calendar is available online.
6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
7. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Provvista tal-Elettriku: 2023

- Il-provvista tal-elettriku laħqet l-2,918.0 GWh, li hija żieda taʼ 1.3 fil-mija meta mqabbla mas-sena taʼ qabel.
- Il-produzzjoni grossa magħmula mill-elettriku li kien ġej mill-impjanti tal-enerġija u minn sorsi rinnovabbli ammontat għal 2,344.6 GWh, li huma żieda taʼ 2.2 fil-mija meta mqabblin mal-2022.
- Kienu importati bl-interconnector total taʼ 648.4 GWh, li huma żieda taʼ 0.3 fil-mija meta mqabblin mas-sena taʼ qabel.
- Id-domanda medja annwali rreġistrata kienet taʼ 446 MW, li hija tnaqqis taʼ 5.9 fil-mija meta mqabbla mal-2022.
- L-emissjonijiet GHG mill-kombustjoni tal-fjuwil fl-impjanti tal-enerġija żdiedu bʼ0.5 fil-mija fuq is-sitwazzjoni fl-2022.