L-Enerġija Rinnovabbli mill-Pannelli Fotovoltajċi (PVs): 2024

L-ammont taʼ pannelli fotovoltajċi: 2024
L-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin laħaq l-34,955, li 85.6 fil-mija minnhom kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Malta, filwaqt li 14.4 fil-mija kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port u d-distrett tal-Punent kellhom 37.5 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi b’6,848 u 6,270 installazzjoni, rispettivament. Meta mqabbel mal-2023, l-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin żdied bi 3.4 fil-mija. Iż-żidiet perċentwali kienu l-ogħla fid-distrett tat-Tramuntana (3.8 fil-mija) u l-aktar baxxi fid-distrett ta’ Għawdex u Kemmuna (2.4 fil-mija) (Tabella nru 1, Mappa nru 1).
Tabella nru 1. L-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bir-reġjun (NUTS 3), id-distrett (LAU 1) u s-sena
Year | National | MALTA | |||||||
NUTS 3 | Malta | Gozo and Comino | |||||||
LAU 1 | Southern Harbour | Northern Harbour | South Eastern | Western | Northern | Gozo and Comino | |||
2022 | 32,421 | 27,642 | 4,213 | 6,310 | 5,612 | 5,865 | 5,642 | 4,779 | |
2023 | 33,821 | 28,897 | 4,470 | 6,598 | 5,844 | 6,094 | 5,891 | 4,924 | |
2024 | 34,955 | 29,912 | 4,634 | 6,848 | 6,043 | 6,270 | 6,117 | 5,043 |
Sors: Ir-Regolatur tal-Enerġija u s-Servizzi tal-Ilma
Is-settur domestiku kien responsabbli għal 93.4 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin. Min-naħa l-oħra, l-ishma tas-setturi kummerċjali u pubbliċi kienu jilħqu l-5.8 u ż-0.8 fil-mija rispettivament. Il-biċċa l-kbira taż-żidiet fit-twaħħil tal-pannelli fotovoltajċi ġodda kienu ġejjin mis-settur domestiku. Id-distrett tat-Tramuntana tal-Port kellu l-ogħla ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin fis-settur domestiku (Tabella nru 2 u Mappa nru 1).
Ċart nru 1. L-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bis-settur u s-sena
No Data Found
L-ewwel mappa turi l-konċentrazzjoni taʼ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja, li fihom data tal-punt fuq ċelloli tal-grilja ta’ 250 m². It-tieni mappa turi l-firxa u l-intensità ta’ installazzjonijiet fotovoltajċi domestiċi għal kull elf ruħ bil-lokalità, u tindika li d-disaʼ lokalitajiet fejn l-aktar li kienu mwaħħlin pannelli kienu fir-reġjun/distrett ta’ Għawdex u Kemmuna. Meta kienu analizzati r-riżultati skont id-distrett, Għawdex u Kemmuna kellhom medja ta’ 115-il installazzjoni domestika għal kull elf ruħ. Dan kien segwit mid-distretti tal-Punent u tax-Xlokk b’86 u b’69 installazzjoni, rispettivament. Il-proporzjon l-aktar baxx kien irreġistrat fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port, b’36 installazzjoni għal kull elf ruħ.
Mappa nru 1. Pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bʼċelloli tal-grilja ta’ 250 m², bis-settur: 2024
Noti:
- Kull ċellola tal-grilja tirrappreżenta erja taʼ 250m2
- Kull ċellola tal-grilja turi l-għadd totali taʼ PVs imwaħħlin fʼerja partikulari. Ċelloli tal-grilja li għandhom anqas minn tliet PVs imwaħħlin tħallew barra.
Mappa nru 2. L-għadd totali taʼ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin fis-settur domestiku għal kull elf ruħ (LAU 2): 2024
Il-produzzjoni tal-enerġija mill-pannelli fotovoltajċi: 2024
Il-kWp totali ammonta għal 252,255.4, li huwa żieda ta’ 4.8 fil-mija fuq l-2023. Is-settur kummerċjali kellu 52.5 fil-mija tal-kWp totali, segwit minn 45.0 u 2.5 fil-mija fis-setturi domestiċi u pubbliċi, rispettivament. Ir-rata tal-qawwa massima ta’ sistema medja ta’ pannelli fotovoltajċi fis-settur domestiku kienet tilħaq it-3.5 kWp, filwaqt li dik fis-setturi kummerċjali u pubbliċi laħqet il-65.2 u l-21.5 kWp, rispettivament (Tabelli nri 2 u 3, u Mappa nru 3).
Ċart nru 2. Total taʼ kWp mill-pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja bis-settur u s-sena
No Data Found
Ċart nru 3. It-tqassim tal-kWp totali mill-pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja bis-settur u d-distrett (LAU 1)
2024
No Data Found
It-totali jistgħu ma jaqblux minħabba l-arrotondament.
Mappa nru 3. Il-kWp totali tal-pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bil-lokalità (LAU 2): 2024
Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2023, il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja żdiedet bʼ5.8 fil-mija, u kienet stmata li kellha valur taʼ 326.5 GWh. Il-biċċa l-kbira tal-enerġija kienet iġġenerata mid-distretti tax-Xlokk u tat-Tramuntana tal-Port fil-livelli ta’ 23.2 u 17.9 fil-mija tal-GWh totali, rispettivament. L-ogħla żidiet kienu fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (9.3 fil-mija) u l-aktar baxxi fid-distrett taʼ Għawdex u Kemmuna (1.7 fil-mija) (Tabella nru 4 u Mappa nru 4).
Mappa nru 4. Stima tal-MWh totali tal-pannelli fotovoltajċi mwaħħlin bil-lokalità (LAU 2): 2024
Tables
Tables
Methodological Notes
1. The main source of data is the Regulator for Energy and Water Services. Point data showing the location of PV installations was obtained from Enemalta plc.
2. Statistics for years 2023-2024 are provisional and may be subject to revision.
3. Definitions:
● Photovoltaic (PV) system: A complete set of components for converting solar radiation into electricity by the photovoltaic process, including the array/s of photovoltaic modules that collect and absorb sunlight for conversion into electricity, inverter/s and associated balance of system components.
● kWp: kilowatt peak – in the solar industry, kilowatt peak means the peak power rating of a panel.
● kWh: kilowatt hour – a unit of energy equal to 1,000 watt-hours. It is normally used as a billing unit for energy delivered to consumers by electricity providers. The units of measurement are as follows:
– kWh: kilowatt hour = 1 thousand watt-hours.
– MWh: megawatt hour = 1 million watt-hours
– GWh: gigawatt hour = 1 billion watt-hours
4. Commercial sector includes industry.
5. Public sector includes institutional households.
6. The term installation refers to a collection of PV panels installed as one PV system.
7. Installation date refers to the date when the PV system is actually connected to the Feed-in Tariffs grid.
8. More information relating to this news release may be accessed at:
LAU Classification
Spatial divisions for MALTA
9. Any quotations from this news release are to be cited and/or referenced.
10. A detailed news release calendar is available online.
L-Enerġija Rinnovabbli mill-Pannelli Fotovoltajċi (PVs): 2024

- Fl-2024, l-ammont ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin laħaq l-34,955, li 85.6 fil-mija minnhom kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Malta, filwaqt li 14.4 fil-mija kienu qegħdin fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna.
- Is-settur domestiku kien responsabbli għal 93.4 fil-mija tal-ammont kollu ta’ pannelli fotovoltajċi mwaħħlin. Min-naħa l-oħra, l-ishma tas-setturi kummerċjali u pubbliċi kienu jilħqu l-5.8 u ż-0.8 fil-mija rispettivament, fl-2024.
- Fl-2024, il-kWp totali ammonta għal 252,255.4, li huwa żieda ta’ 4.8 fil-mija fuq l-2023.
- Is-settur kummerċjali kellu 52.5 fil-mija tal-kWp totali fl-2024, segwit minn 45.0 u 2.5 fil-mija fis-setturi domestiċi u pubbliċi, rispettivament.
- Meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-2023, il-ġenerazzjoni tal-enerġija minn pannelli fotovoltajċi mwaħħlin mal-grilja żdiedet bʼ5.8 fil-mija fl-2024, u kienet stmata li kellha valur taʼ 326.5 GWh.