L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K4/2024

Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi naqas bʼ1.7 fil-mija bejn it-tielet kwart u r-rabaʼ kwart tal-2024.
Kien irreġistrat tnaqqis fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (14.0 fil-mija), fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (9.4 fil-mija), fit-trasport u l-ħażna (4.7 fil-mija) u fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (0.3 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kienu rreġistrati żidiet fil-fatturat tal-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (12.4 fil-mija), tal-kummerċ bl-ingrossa (1.7 fil-mija), tal-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (1.6 fil-mija), tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (1.5 fil-mija) u tal-kummerċ bl-imnut (1.2 fil-mija) (Tabella nru 1).
Bejn it-tielet u r-rabaʼ kwart tal-2024, in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 3), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 7) żdiedu bʼ0.2 fil-mija, bʼ0.8 fil-mija u bʼ1.7 fil-mija, rispettivament.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Fir-rabaʼ kwart tal-2024, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi rreġistra żieda taʼ 1.1 fil-mija fuq bażi annwali wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol.
L-ogħla żieda kienet irreġistrata fit-trasport u l-ħażna (18.2 fil-mija). Wara dawn, kien hemm żidiet fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni (6.4 fil-mija), fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (6.3 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (5.6 fil-mija), fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (3.7 fil-mija) u fil-kummerċ bl-imnut (3.7 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat tal-kummerċ bl-ingrossa (16.1 fil-mija), tal-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (5.4 fil-mija) u tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (1.0 fil-mija) (Tabella nru 2).
Meta mqabblin mar-rabaʼ kwart tal-2023, kemm l-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4) kif ukoll tas-sigħat maħduma (Tabella nru 8) telgħu bʼ1.3 fil-mija. Barra minn hekk, il-pagi u s-salarji gross irreġistraw ukoll żieda taʼ 5.4 fil-mija (Tabella nru 6).
Ċart nru 1. Il-fatturat annwali tas-servizzi aġġustat bil-jiem tax-xogħol
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
Tables
Methodological Notes
NACE Section / Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours Worked | Wages and Salaries |
G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 43.5 | 28.5 | 28.2 | 23.3 |
G45 | Motor trade | 2.7 | 2.6 | 2.0 | 1.6 |
G46 | Wholesale trade | 26.9 | 9.5 | 11.3 | 11.2 |
G47 | Retail trade | 13.9 | 16.4 | 14.9 | 10.5 |
H | Transportation and storage | 14.6 | 10.5 | 10.5 | 12.1 |
I | Accommodation and food service activities | 4.0 | 15.1 | 13.7 | 10.1 |
J | Information and communication | 15.1 | 8.8 | 9.8 | 15.7 |
L | Real estate activities | 3.0 | 3.0 | 2.4 | 2.1 |
M | Professional, scientific and technical activities | 12.6 | 15.3 | 14.0 | 18.1 |
N | Administrative and support service activities | 7.2 | 18.8 | 21.4 | 18.6 |
Total | 100.0 | 100.0 | 100.0 | 100.0 |
7. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.
8. More information relating to this news release may be accessed at:
9. A detailed news release calendar is available online.
10. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
11. For further assistance send your request through our online request form.
L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K4/2024

- Meta mqabbel maʼ K4 2023, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ1.1 fil-mija.
- L-akbar żieda kienet irreġistrata fit-trasport u l-ħażna (18.2 fil-mija).
- In-numru taʼ persuni impjegati, il-pagi u s-salarji gross, u s-sigħat maħduma żdiedu bʼ1.3 fil-mija, bʼ5.4 fil-mija u bʼ1.3 fil-mija, rispettivament.
- Il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun naqas bʼ1.7 fil-mija, bl-ogħla tnaqqis seħħ fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (14.0 fil-mija), meta mqabbel maʼ K3 2024.