L-Indikaturi Industrijali Bikrin: K4/2024

- Meta mqabbel maʼ K4 2023, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bi 2.0 fil-mija.
- L-ogħla żieda kienet irreġistrata fis-settur tal-oġġetti kapitali (17.3 fil-mija).
- Meta mqabblin maʼ K4 2023, l-għadd taʼ impjiegi industrijali, is-sigħat maħduma, u l-pagi u s-salarji gross żdiedu bʼ1.7 fil-mija, bi 3.2 fil-mija u bʼ5.4 fil-mija, rispettivament.
- Il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun telaʼ bʼ1.8 fil-mija, bl-ogħla żieda seħħet fis-settur tal-oġġetti intermedji (26.6 fil-mija), meta mqabbel maʼ K3 2024.
L-Indikaturi Industrijali Bikrin: K4/2024
L-Indikaturi Industrijali Bikrin: K4/2024

Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Fir-rabaʼ kwart tal-2024, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ1.8 fil-mija fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Kienu rreġistrati żidiet fl-oġġetti intermedji (26.6 fil-mija) u fl-oġġetti kapitali (6.9 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fl-oġġetti tal-konsum (18.0 fil-mija) u fl-enerġija (4.7 fil-mija) (Tabella nru 1).
Meta mqabblin mat-tielet kwart tal-2024, l-għadd tal-impjiegi industrijali (Tabella nru 3), is-sigħat maħduma fl-industrija (Tabella nru 5) u l-pagi u s-salarji gross fl-industrija (Tabella nru 7), aġġustati għall-effetti tal-istaġun, żdiedu bʼ0.3 fil-mija, bi 3.2 fil-mija u bi 3.5 fil-mija, rispettivament.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2023, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bi 2.0 fil-mija. L-ogħla żieda kienet irreġistrata fl-oġġetti kapitali (17.3 fil-mija). Wara din, kien hemm żidiet fl-oġġetti intermedji (5.8 fil-mija) u fl-enerġija (0.3 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dan, l-oġġetti tal-konsum naqsu bʼ7.7 fil-mija (Tabella nru 2).
Meta mqabbel mar-rabaʼ kwart tal-2023, kien hemm żieda taʼ 1.7 fil-mija fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat (Tabella nru 4). Wara l-aġġustar bil-jiem tax-xogħol, is-sigħat maħduma fl-industrija żdiedu bi 3.2 fil-mija (Tabella nru 6) u l-pagi u s-salarji gross fl-industrija telgħu bʼ5.4 fil-mija (Tabella nru 8).
Ċart nru 1. It-tibdil fil-fatturat industrijali annwali aġġustat bil-jiem tax-xogħol
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
Tables
Tables
Methodological Notes
1. This news release comprises a number of business cycle indicators showing the quarterly evolution of the market of goods and services in the industrial sector. It records the evolution of turnover, employment, wages and salaries, and hours worked over long periods of time. The objective of these indicators is to measure the market activity in the industrial sector. These indicators are compiled as a “five-year chain-linked index”. The current base and reference years are 2021. The results are compiled and published according to the statistical classification of economic activities in the European Community, NACE Rev. 2.
2. The data is collected by means of a monthly questionnaire which is sent to a representative sample of business units categorised within the industrial sector. The data is then grossed up to represent the entire industrial population.
3. For the scope of the index calculation, NACE divisions 09, 12, 15, 19, 24 and NACE groups 27.5 and 30.9 are excluded because of their negligible activity.
Main Industrial Groupings | Turnover | Employment | Wages and salaries |
Hours worked |
Intermediate goods | 31.8 | 30.2 | 32.1 | 29.6 |
Energy | 21.3 | 5.8 | 5.2 | 7.7 |
Capital goods | 16.6 | 23.2 | 23.5 | 24.5 |
Consumer goods | 30.3 | 40.8 | 39.2 | 38.2 |
Durable consumer goods | 1.9 | 5.8 | 4.4 | 2.8 |
Non-durable consumer goods | 28.4 | 35.0 | 34.8 | 35.4 |
Total industry | 100.0 | 100.0 | 100.0 | 100.0 |
11. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the percentage changes published due to rounding.
12. The data contained in this release should be considered as provisional and subject to revision. For an updated time series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
13. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical Concepts
Metadata
Classifications
14. A detailed news release calendar is available online.
15. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
16. For further assistance send your request through our online request form.