Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Fit-tieni kwart tal-2023, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bi 2.7 fil-mija fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Kienu rreġistrati żidiet fil-gruppamenti industrijali ewlenin kollha. L-ogħla żieda dehret fl-oġġetti tal-konsum (7.4 fil-mija). Warajha kien hemm iż-żieda fl-enerġija (2.1 fil-mija), fl-oġġetti kapitali (2.0 fil-mija) u fl-oġġetti intermedji (0.8 fil-mija) (Tabella nru 1).
Fl-oqsma industrijali, l-għadd taʼ impjiegi aġġustat għall-effetti tal-istaġun naqas bʼ0.4 fil-mija (Tabella nru 3). Matul dan il-perjodu, is-sigħat maħduma żdiedu bʼ0.3 fil-mija (Tabella nru 5), filwaqt li l-pagi u s-salarji gross telgħu bʼ1.5 fil-mija (Tabella nru 7).
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2022, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bi 13.6 fil-mija. Iż-żidiet dehru fl-oġġetti tal-konsum (20.6 fil-mija), fl-oġġetti kapitali (13.6 fil-mija) u fl-oġġetti intermedji (12.9 fil-mija). Kien irreġistrat tnaqqis taʼ 1.0 fil-mija fl-enerġija (Tabella nru 2).
Sena għal sena, uriet ruħha żieda taʼ 2.1 fil-mija fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat għall-effetti tal-istaġun (Tabella nru 4). In-numru taʼ sigħat maħduma fl-industrija u l-pagi u s-salarji gross, aġġustati bil-jiem tax-xogħol, żdiedu bʼ1.2 fil-mija (Tabella nru 6) u bi 8.4 fil-mija (Tabella nru 8) rispettivament.
Ċart nru 1. It-tibdil fil-fatturat industrijali annwali aġġustat bil-jiem tax-xogħol
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
Additional Tables and Charts
Methodological Notes
10. The calculation of growth rates from the indices table may slightly differ from the growth rates published due to rounding.
11. The data contained in this release should be considered as provisional and thereby subject to revision. Each release may include revisions of the past quarterly data in respect of a rolling two-year period.
12. As from January 2018, the index has been re-referenced from 2010 = 100 to 2015 = 100. Hence, news releases published before January 2018 cannot be directly compared with those published afterwards.
13. More information relating to this news release may be accessed at:
14. References to this news release are to be cited appropriately.
15. A detailed news release calendar is available online.

- Meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2022, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bi 13.6 fil-mija.
- Sena għal sena, l-ogħla żieda kienet irrappurtata fl-oġġetti tal-konsum (20.6 fil-mija).
- Meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2022, l-għadd taʼ impjiegi industrijali żdied bi 2.1 fil-mija.
- Meta mqabbel mat-tliet xhur taʼ qabel, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bi 2.7 fil-mija.